Feb 27, 2011

Catch The Drop

Nhar il-Gimgha ġewwa l-iskola fir-Rabat, nhiedejt il-kampanja edukattiva CATCH THE DROP fuq il-konservazzjoni tal-ilma li għandha twassal sat-22 ta’ Marzu, il-Jum Dinji tal-ilma. Kienet attivita’ helwa fejn fiha hareg car l-entuzjazmu tal-kap tal-iskola, l-ghalliema u t-tfal, biex jaghtu l-ahjar li jafu. Tajt lit-tfal ta’ din l-iskola skultura f’forma ta’ qatra tal-ilma magħmlula min plastik riċiklat sabiex fiha t-tfal jitfgħu l-messaġġi tagħhom, bit-tema tkun x’jistgħu u x’għandhom jagħmlu t-tfal biex ma jinħeliex l-ilma.

Din il-qatra tal-ilma magħmula mill-artist Joe Barbara, se tkun qed iddur l-iskejjel li jmissu mal-Akwadott li kien inbena fi żmien il-Gran Mastru Wignacourt, biex jitwassal l-ilma sal-Belt Kapitali. Il-qofol ta’ din il-kampanja ser jintlaħaq fit-22 ta’ Marzu f’attività li ser tittella’ f’Pjazza San Ġorġ.

Nemmen li t-tfal jistgħu jkunu l-aqwa ambaxxaturi tal-ħarsien tar-rizorsi taghhom kif wieħed jista’ jara fl-inizjattiva tant suċċess tal-Eko Skola. Permezz ta’ din il-kampanja rridu nersqu lejn il-komunita’ u nfehmu li ghalkemm illum insibuha komda li niftħu l-vit u nsibu l-ilma, hemm bzonn li ma nahlux din ir-rizorsa tant importanti. Il-Water Services Corporation naqset l-estrazzjoni mill-ilma ta’ taħt l-art għall-ilma tax-xorb kemm għax l-WSC naqqset il-ħela, kif ukoll żiedet il-produzzjoni tal-ilma mill-impjanti tar-Reverse Osmosis sabiex ikollna dejjem aktar ilma ta’ kwalita’ ahjar.

Tlaqna b’din il-kampanja mir-Rabat anke ghax dan huwa rahal marbut mal-agrikoltura ta’ pajjizna. Ninnota li permezz ta’ għajnuna finanzjarja mill-UE mal-75 bidwi bbenifikaw minn madwar €3 miljun biex jibnu ġibjuni li l-volum tagħhom ilkoll flimkien ilaħħaq mal-47,000 mtr. kb. ta’ ilma. Fix-xhur li gejjin il-Gvern se jkun qed jiehu numru ta’ mizuri biex pajjizna jahzen aktar ilma. Mizuri li jkunu izda cost effective. Ghax ma jaghmilx sens li nibnu nfrastruttura kbira li tiswa miljuni kbar meta nistghu niproducu l-istess volum ta’ ilma mit-tifsija tad-drenagg. Inkella se nimxu biex nibnu soak away reservoirs biex l-ilma li jingabar go fihom jippenetra fl-aquifer. Hekk se naghmlu bhala ezempju bejn il-Gżira u l-Kappara. Dan il-ġibjun ser jiswa madwar €600,000 u ser ikun ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea.

No comments: