May 3, 2011

Daqsxejn ahjar ghal kulhadd

“Id-dinja hija post ahjar minghajr Bin Laden”. Hekk tkellem il-President Amerikan Obama wara l-qtil drammatiku ta’ l-aktar terrorist mfittex ghal snin shah. Bin Laden kien l-uniku kmandant tal-Al Qaeda fit-22 sena tal-istorja taghha u huwa responsabbli ghall-mit li nholoq madwarha. Kien hu li kien jattira l-ghexieren ta’ zghazagh dizilluzi l-aktar mill-pajjizi tal-Golf Gharbi biex isiru l-gellieda vjolenti li kapaci jwettqu t-terrur fost in-nies komuni. Bil-kapacita’ tieghu li ma jinqabadx meta l-Amerikani kienu qed jonfqu tant flus u tant rizorsi jfittxuh, kien il-kalamita ghas-segwaci tieghu. Fuq kollox kien il-gwida spiritwali ghal ftit musulmani li ghazlu l-estremizmu vjolenti.


M’hemmx dubju li l-qtil tieghu igib ftit aktar serhan tar-ras. Dan il-qtil huwa rebha sinifikanti ghall-offensiva kontra t-terrorizmu. Ic-celebrazzjonijiet f’New York, spontanji u bil-lejl, forsi jaghtu indikazzjoni zghira ta’ kemm l-amerikani kienu mghobbija bil-piz ta’ dak li sehh fil-11 ta’ Settembru 2001 u ta’ dak li setgha ghad jigri. Mhux sorprendenti l-kummenti ta’ hafna mexxejja Izlamici – Bin Laden ta isem hazin lil Islam, fired in-nies fejn qabel ma kinetx tezisti firda u prova jpoggi fl-imhuh li hemm civilizazzjoni kontra ohra.


Izda zball jekk nahsbu li l-Al Qaeda bla Bin Laden se tisfuma malajr fix-xejn. L-Al Qaeda nbniet differenti minn organizazzjonijiet ohra – isimha stess li jfisser “il-Bazi” juri li l-Al-Qaeda hija u riedet tkun biss l-ispirazzjoni, tghin xi kultant f’tahrig ta’ gellieda izda tnibbet u nibtet units ohra, li lkoll kapaci jahdmu ghal rashom. It-terrorizmu ta’ llum huwa terrorizmu ta’ “units”, separati minn xulxin, li zgur ma jistennewx lil Bin Laden jghidilhom x’jaghmlu u kif jaghmluh. Illum jezistu units ta’ al-Qaeda fl-Afrika ta’ Fuq, l-Iraq, fil-pajjizi tal-Lvant tal-Afrika, fil-Yemen. Kollha “mbierka” minn Bin Laden izda kollha ghandhom l-istrategija taghhom, il-mod tagghom kif jattiraw fondi u segwaci.


Filwaqt li nghid hekk, nghid ukoll li l-al-Qaeda hadet daqqa ta’ harta ohra fl-ahhar xhur b’dak li sehh Afrika ta’ Fuq. Fir-rebbiegha Gharbija, id-dimostranti injoraw is-sejha ta’ Al-Qaeda ghall-vjolenza – bidlu, kif dejjem jipprova jaghmel ukoll it-terrorizmu, minghajr ma uzaw vjolenza u terror u wrew li l-ghatx tagghom huwa ghad-demokrazija u l-liberta’. It-terrorizmu jistghana biss meta jkollu minn fejn jigbed ir-rekruti – jekk dan jinxef, jitbiel hu ukoll. Li jkun hemm atti ta’ tpattija ghall-qtil ta’ Bin Laden ma jkunx sorprendenti xejn, li l-Al Qaeda tkompli bla Bin Laden huwa possibli hafna wkoll. Il-qtil ta’ Bin Laden flimkien ma’ dak li qed jigri fl-Afrika ta’ Fuq jista’ madanakollu jibda t-triq twila biex l-Al Qaeda ma tibqax daqshekk b’sahhitha. U d-dinja tkun daqsxejn ahjar ghal kulhadd, ghallanqas hekk nittama !

No comments: