May 19, 2011

Il-posittiv jidfen il-krudelta'

L-ahbar ta’ llum tal-kelb midfun haj li nstab f’B’Bugia minn ufficjali tal-Animal Welfare Department hija xokkanti. Dawn il-haddiema ntbaghtu fuq il-post wara li dahlet telefonata anonima. Meta marru fuq il-post semghu l-hoss ta’ kelb jinghi gej minn taht tavla tal-injam b’zokk kbir fuqha. Kif nehhewha raw bicca minn ras il-kelba midfuna fil-hamrija u meta kixfuha sabulha saqajha u jdejha marbuta. Att tal-wahx aktar u aktar ghax wara ufficjal veterinarju sab li l-kelba kienu sparaw fuqha qabel ma ndifnet. Att krudili tal-aghar forma fuq povru animal li issa gie operat gewwa c-Centru ta’ San Frangisk f’Ta’Qali. Nittama li min ghamel att bhal dan jinqabad u jittella l-Qorti. Fil-ligi ta' pajjizna persuna tista tehel sa sena habs fuq att ta' mohqrija fuq l-annimali.


Minn din l-istorja kerha xorta nista nislet zewg affarijiet posittivi. L-ewwel haga posittiva hija d-dedikazzjoni tal-istaff tal-Animal Welfare Department. Ghal darb’ohra storja bhal din tkompli tikkonvincini kemm kienet ghaqlija d-decizzjoni li hadna meta waqqafna dan id-dipartiment. Ir-rezistenzi li kont sibt ghat-twaqqif ta’ dan id-dipartiment ghal grazzja t’alla ma kienux qattghuli qalbi u llum inhossni kburi li bnejna dan id-dipartiment mix-xejn.



Id-dipartiment llum huwa kompost minn team ta’ 15-il persuna. Ko-ordinatur, zewg skrivana, 4 Animal Carers u 8 Animal Welfare Officers. Nista nghid li hafna minnhom jaghmlu xogholhom b’hegga u dedikazzjoni kbira. Jharsu lejn xogholhom bhala missjoni aktar milli xoghol li jqallahom paga. Matul l-ahhar xhur komplejna ninvestu f’apparat mehtieg marbut mas-servizz tal-ambulanza tal-annimali kuljum ghal 24 siegha. Infaqna flus biex inxtraw 2-way radio system, dart guns biex iraqdu l-annimal, stretchers, harnesses, gageg u carriers, kif ukoll digital cameras. Flus imbierka meta tqis s-servizz li qed jinghata.


It-tieni haga posittiva hija l-fatt li minn kif l-ahbar harget fuq il-media kienu bosta dawk li cemplu sabiex joffru li jaddottaw lil din il-kelba. Atti posittivi bhal dawn mill-pubbliku generali jghinu biex jidfnu atti krudili ta’ mohqrija fuq l-annimali u fl-istess hin jaghti sodisfazzjon mhux biss lill-haddiema ta’ dan id-dipartiment imma lil dawk il-mijiet ta’ volontarji li kuljum jaghtu semhom fl-ghaqdiet mhux governattivi li jahdmu b’risq l-annimali f’pajjizna.

5 comments:

Suzzie said...
This comment has been removed by the author.
Suzzie said...

Filwaqt li naqbel ma' dak li ktibt u napprezza l-pozittività li biha qed tara din l-istorja. Anzi din l-istorja fost oħrajn tixhed hdura kbira. Ghalkemm jien u nies ohra li ghandhom ghal qalbhom l-annimali, nahdmu bla waqfien u b'mod volontarju biex inkabbru s-sensitività u l-harsien xieraq tal-annimali, donnu qatt mhu bizzejjed. (Nixtieq nisspecifika li jissejjah volontarju ax maghmul bil-qalb bla hlas monetarju u nassigurak li r-rizultat huwa hlas ghall-eternità).
Ha niehu kaz partikulari li gara l-gimgha l-ohra fejn ikkuntattjajt lill-Animal Welfare fuq kaz ta' kelb li kien ha jigi mghoti l-lethal injection minn l-isptar ta' San Frangisk, dan kollu ghax ma kellux min jaddottah. Tkellimt man-nies li hadu l-kelb hemmhekk u kkonfermawli li dan hu minnu, cioè li l-vet offra li jzommu jumejn u jekk ma jaddottah hadd kien behsiebu jraqqdu. Kkonfermajt ukoll ma' l-Animal Welfare li din hija kontra l-ligi li Vet iraqqad annimal. Gbidt l-attenzjoni lill-Animal Welfare fuq x'qed jidher li qed jigri f'San Frangisk u tlabt sabiex din tigi indagata u ahna ninghataw risposta. Nixtieq jien, flimkien ma' grupp kbir ta' nies iddedikati lejn l-annimali, nkunu nafu jekk, wara kollox, fl-isptar ta' l-annimali huwiex qed jigri dak li m'ghandu QATT jigri. S'issa ghadni bla risposta! Naf li rcevew l-email imma probabbli li giet injorata ghax ghadni ma smajt xejn minghandhom. B'daqshekk ma jfissirx li qtajt qalbi minn din l-istorja! Jiena u n-nies bhali ha nibqghu nissieltu sakemm din l-istorja tohrog il-verità taghha.
Nitolbuk tikkunsidra u tivverifika dawn il-fatti halli jittiehdu l-passi necessarji sabiex dan l-agir irresponsabbli jieqaf minnufih. Ahna nemmnu u konvinti li ghandek ghal qalbek l-annimali u l-kitba ta' dan il-blog jixhed dan kollu. Ghaldaqstant nemmnu li l-mistoqsijiet tagħna mhux se jaqghu fuq widnejn torox.

George Pullicino said...

I believe you had received an answer to this already on the 13th of May from Ms.Janice Chetcuti, Animal Welfare Department Co-Ordinator, on this issue.

I'm authorized to reproduce the reply:

Dear All,



I wanted to put your mind at rest in regards to mail being circulated below, like you I got this mail and wanted to check things out on first hand with Centru San Frangisk. Well the story was slightly different to how it’s being described below. The owner went to CSF and told them his story, staff at the Centre offered to help him out and keep it for him so a better home would be found in the circumstances. In fact yesterday a good home for the dog was found and thus the problem was solved in the best of ways. Forgive me but I really don’t like this kind of mails containing the news that a dog is either to be adopted or put to sleep …. Instead it would be more humane to circulate a mail encouraging people to adopt for it’s such a rewarding experience having a dog as a companion.



Anyhow hope I managed to put your mind at rest,



Janice Chetcuti

Animal Welfare Coordinator



PS If in need of further details please do not hesitate to call at our offices on 25904132

Suzzie said...

Good afternoon,

My message to you and the AW's reponse are different cases. The email sent by the Animal Welfare regards a German Pointer but I am talking in general. So many people have complained to me about the San Frangisk hospital where they have pets being cured or have taken, alas, unwanted pets. They indicate that they are being treated very arrogantly and for the unwanted pets they are asked to pay 6 euros a day and should the pet not find a new home it will be put to sleep. Many have claimed this "put to sleep" part.
I have spoken with Ms. Janice Chetcuti this morning and I will be joining her next week to discuss this further.

However, while thanking you for taking your time to reply to me I wish to bring forth another very important issue. I have received, this morning, comments on the Religion Matsec o-level examination during which one particular and appalling question was asked. I am referring to where students had to explain why the human being is superior to animals, according to students this question had to be answered with the fact that human beings are capable of love and animals aren't!
Because I truly appreciate your interest in this topic, I wish to ask you, and to support you, to issue a correction to this. It is very unfair to lead people into thinking the human race is superior as if we were in competition with the rest of the species. We are here to complement eachother. We are meant to colive! in peace and respect!
How is it possible for a religion Matsec paper to succumb to such a question? Is this what religion classes are teaching students today? No wonder so many atrocious actions are being carried out over animals without fearing the law or God for that matter! That is why it is so common for people to take life or death sentences over helpless creatures in their hands.

In a day and age when we're fighting cruelty, this comes out and expects people to declare animals are incapable of love! In my opinion, this merits an apology to all the nation, animals included, by the examination board and it should be published on a national newspaper or aired on the media.
I appreciate that you have animals at heart and I trust that you will not be indifferent towards this case.
I look forward to a prompt consideration.

Regards
Suzanne

lin said...

pretty good post. I lawful stumbled upon your blog and wanted to command that I get really enjoyed reading your blog posts. Any condition I’ ll be subscribing to your maintain and I hope you despatch again soon cheap mobile phone.