Mar 19, 2014

Yanukovych, Putin u Muscat


Il-bierah segwejt id-diskors li ghamel Putin fl-okkazzjoni tal-annessjoni tal-Krimea mar-Russja. Id-diskors tieghu kien iffukat kwazi kollu biex jiggustifika l-ksur tal-ligi internazzjonali. Mument minnu beda jitkellem fuq il-moviment Maidan fl-Ukraina u l-protesti ta’ dawn kontra l-Gvern korrott ta’ Yanukovych, imma ma lissinx kelma wahda fuq ghaliex tnisslu l-protesti !  Ma qalx li l-protesti twieldu ghax Yanukovych waqa ghat-theddid ta’ Putin u rrifjuta li jiffirma l-Association Agreement tal-Ukraina mal-UE.  

Imbaghad Putin tkellem dwar l-istorja tal-Krimea u r-rabtiet tradizzjonali taghha mar-Russja.  Imma ma lissinx imqar kelma wahda fuq l-intervent militari Russu fuq din l-art. Issa tajjeb wiehed jghid li l-kostituzzjoni Russa tiprojbixxi l-adessjoni ta’ artijiet mal-art li ghandha r-Russja llum sakemm il-Parlament tal-pajjiz li minnu tkun ghadha tifforma parti minnu dik l-art japprova li dik l-art tigi ceduta.  Imma anke fuq dan Putin ma qal xejn !

Lanqas ma tkellem fuq li r-Russi fil-Krimea huma oppressi, allavolja meta baghat it-truppi Russi fil-Krimea kien qal hekk biex jiggustifika l-azzjoni tieghu !  Jidher car li Putin kien personalment offiz li l-protesti ta’ Maidan fl-Ukraina rebhu fuq il-pagg tieghu Yanukovych. Putin ihoss li kien umiljat mill-Punent u allura uza l-okkupazzjoni tal-Krimea biex jibghat messagg lill-Punent. Intkom fil-Punent ma tiehduniex bis-serjeta’, issa ha nurikom min jien !  

U waqt li qed nitkellmu fuq l-Ukraina u Yanukovych ma nistax ma nirreferiex ghall-istorja li zvelat ftit tal-granet ilu t-Times of Malta, li l-Prim Ministru Joseph Muscat Muscat juza l-istess konsulent ta' Yanukovych tal-Ukrajna, juza lil Rob van de Water ! (ara ritratt tieghu hawn) Interessanti din. U tikxef ħafna.  Mela, Muscat m'għandux biss din l-ammirazzjoni kollha għal Viktor Yanukovych, imma għandu wkoll l-istess konsulent.  L-istess konsulent fuq l-affarijiet barranin, jekk jogħġbok.  U ma jistax jghid li ma kienx jaf ghax mill-informazzjoni li pogga van de Water stess fuq LinkedIn Yanukovych ghazel lil van de Water sena u 5 xhur ilu, filwaqt li Joseph Muscat ghazel lil Rob van de Water bhala konsulent tieghu 9 xhur ilu. Mela Joseph Muscat kien diga jaf li huwa konsulent ta' Yanukovych !  U ma ddejjaq xejn jaghzlu ! 

No comments: