Oct 31, 2007

Qamhirrun Imbaghbas

Dalghodu se naqbad lura l-ajruplan minn Luxembourg via Frankfurt ghal Malta wara l-laqgha tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ambjent.

L-aktar item 'shun' ta' dan il-Kunsill kienet id-diskussjoni dwar it-talba tal-Awstrija li tibqa tiprojbixxi li jitpoggew fis-suq taghha zewg tipi ta' qamhirrun genetikament modifikati. Meta tkellimt emfasizzajt l-importanza tal-prinċipju ta’ prekawzjoni u d-dritt ta’ Stati Membri biex jużaw l-klawsola ta’ salvagwardja fir-rigward ta’ prodotti ġenetikament modifikati.

Ghamilt l-argument li l-Gvern Awstrijak ghandu ragun ghax għad m’hemmx informazzjoni biżżejjed li tassigura serħan il-moħħ lill-konsumatur, speċjalment fuq l-impatt fit-tul ta’ dawn il-prodotti fuq is-saħħa tal-bniedem u ghalhekk ghandhom jinghataw zmien adegwar biex jaghmlu l-istudji necessarji.

Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex l-Awstrija tneħħi l-projbwizzjoni tagħha fuq iż-żewġ tipi ta’ qamħirrun ġenetikament modifikat, ma gabitx maġġoranza ta’ voti favur u lanqas kontra. Malta, flimkien ma’ 15 il-pajjiż ieħor, vvutat kontra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropeja u favur il-pożizzjoni tal-Awstrija. F’nuqqas ta’ maġġoranza kontra l-proposta tal-Kummissjoni, f’dawn il-każijiet, il-proposta tal-Kummissjoni tghaddi.

1 comment:

Unknown said...

Xbajt nara lill-Unjoni Ewropeja taghmel il-kutrumbajsi fuq il-principji taghha minhabba l-Istati Uniti. Din tal-GMO's tinxtamm li hija blackmail mill-Amerika minn 7 mili boghod!