Feb 23, 2008

Ħallietna stilla

Din hi frazi li smajtha kemm il-darba fl-aħħar sigħat minn mindu sar magħruf li mietet Ġemma Portelli. Għall-ġenerazzjoni tiegħi, u dawk ta’ qabli Portelli kienet ‘ta’ ġewwa’. Aħna trabbejna naraw it-TV u nidħqu ma’ Ġemma. Il-mewt tagħha tfisser li tlifna waħda minnha.

Ġemma kienet mara li se tibqa’ magħrufa għas-sehem tagħha fi produzzjonijiet teatrali, kemm fuq il-palk kif ukoll fuq it-televizjoni biex ggib tbissima fuq wicc il-poplu Malti u Ghawdxi. Kienet personalita’ li ħadmet biex izomm l-għaqda bejn il-Maltin u l-emigranti Maltin f’pajjizi barranin, speċjalment l-Awstralja.

Kien doveruz li Ġemma ngħatat il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika fis-sena 2000, liema rikonoxximent isellem il-ħidma ta’ Ġemma tul karriera twila.

Illum wara nofsinhar kont wiehed mill-mijiet ta' nies li attendew il-funeral fil-knisja parrokjali tal-Imsida biex naghtu l-ahhar tislima lil Gemma. Kien kommoventi l-mument fejn persunaggi ohra tat-teatru bhal Charles Thake, George Micallef, Hector Bruno u ohrajn telghu jitolbu fuq l-artal. Fl-ahhar tal-quddiesa it-tislima tal-vjolinista Joe Chetcuti kienet f'loka. Tislima helwa ghal persuna helwa.

Minn hawn insellem lil uliedha u lill-familja tagħha u nuri s-solidarjeta’ tiegħi magħhom f’dan il-mument diffiċli.

No comments: