Feb 4, 2008

Hames snin ta' hidma kontinwa.

Illum l-ahhar darba li ltaqa l-Kabinett. Ghaddew 5 snin ta' hidma kontinwa. Ghaddew qishom lehha ta' berqa. Il-PM dalghodu laqqa l-Kabinett u infurmana li fl-10.00am kien se jmur ghand il-President tar-Republika biex jaghtih il-parir li jxolji l-Parlament u jghajjat l-elezzjoni fit-8 ta' Marzu.

Data b'sinifikat kbir, ghax tahbat ezatt hames snin wara id-data tar-referendum meta l-poplu qal Iva ghad-dhul ta' Malta fl-UE.
Ghamel diskors qasir fejn irringrazzjana lkoll ghal hidma taghna. Hidma li tat il-frott ghax fl-ahhar hames snin irnexxielna nkomplu nbidlu pajjizna. Imbaghad intervjena fil-qasir il-Vici Prim Ministru Tonio Borg li f'isem il-membri tal-Kabinett irringrazzja lill-Prim Ministru ghal mod ghaqli li mexxa l-Kabinett.

Ghalija kien mument sinifikanti. Kont ghadni qatt ma kont prezenti ghall-ahhar laqgha tal-Kabinett. Hames snin ilu kont ghadni Segretarju Parlamentari u allura ma kontx prezenti.

Wara hadna r-ritratt kommemorattiv. Qaluli li saret issa tradizzjoni li r-ritratt tal-Kabinett jittiehed fl-ahhar laqgha.

Wara kellna laqgha tal-Grupp Parlamentari u llejla kellna ir-Rally fid-Dar Centrali. Hasra li sar gewwa dan ir-Rally. Il-post kien zghir wisq ghall-folla li kien hemm.

Minn ghada nibdew hames gimghat ta' hidma kontinwa. Irriedu nkomplu nikkonvincu li l-PN ghadu l-aqwa ghodda li ghandu pajjizna biex ikompli jitkattar il-gid biex ninvestu fl-ambjent. fl-edukazzjoni, fis-sahha u fil-holqien tal-opportunitajiet tax-xoghol.

1 comment:

Malti said...

Il-partit Nazzjonalista dejjem wera serjeta' bil-fatti. Il-progress li ghamel il-pajjiz kien wiehed nkredibbli. U issa wiccna bil-quddiem biex nirbhu l-elezzjoni li gejja!