Feb 11, 2008

Tfajt in-nomina

Dalghodu mort l-Ufficcju tal-Kummisjoni Elettorali u tfajt formalment in-nomina tieghi bhala kandidat tal-PN fuq id-9 u l-10 Distrett.

Ghal kull nomina tkun trid issib hames persuni li huma votanti fuq id-distrett li jinnominawk. L-ghaxar persuni li nnominawni, fil-maggoranza taghhom huma zghazagh.

Kumbinazzjoni dak il-hin li mort jien, inzerta li kien hemm ukoll Francis Zammit Dimech, li se jikkontesta l-istess distretti li se nikkontesta jien. Ghaddejna zewg botti simpatici lil xulxin !

Mill-Belt Valletta bqajt sejjer inhabbat il-bibien. Il-kampanja issa diga' ghaddiet gimgha minnha ! Taghmel kemm taghmel home-visits, dejjem tibqa tiltaqa ma' realtajiet godda li titghallem minnhom.

Fil-verita' il-homevisits jien ma bdejthomx issa. Bdejthom f'Ottubru 2003. Ghallanqas darba f'gimgha kont immur inhabbat il-bibien, niltaqa ma' kull min lest li jiftahli. Tista taghzel li tiltaqa biss ma' dawk li jigu ghandek, imma jien tghallimt li mportanti li taghmel ammont ta' reaching out, ghax huwa dak il-kuntatt li jzommlok saqajk mal-art.

1 comment:

John said...

Awguri George!!! Zgur li jisthoqqlok tigi elett miz-zewg distretti ghax-xoghol fejjiedi li ghamilt fl-ahhar snin!