Feb 24, 2008

Is-sabiħ ta’ l-elezzjoni

Probabli qed tistaqsu ‘Dan biex ġej?’. Għal ħafna l-elezzjoni jarawha bħala zmien ta’ tensjoni. Veru imma hu wkoll fatt li l-kampanja elettorali hija zmien li tagħti ċans lilna l-politiċi li nqattgħu jum wara ieħor f’kuntatt man-nies. Għalija dan hu wisq importanti, tant li jien ilni għaddej b’laqgħat fid-djar ta’ l-elettorat sa’ minn Ottubru ta’ l-2003.

Il-kampanja elettorali tiegħi tkun imfassla b’mod li tagħti ħafna spazju għal-laqgħat man-nies. Minn din il-ġimgħa, minbarra l-home visits u l-laqgħat tas-soltu, bdejna wkoll sensiela ta’ area meetings li fihom residenti minn lokalita’ jew zona partikolari mid-9 u l-10 distrett jkunu mistiedna biex jattendu.

Matul din il-laqgħa, nistieden ukoll ġurnalist, jew personalita’ biex jistaqsini mistoqsijiet li jrid u fi tmiem l-attivita’ norganizzaw ukoll riċeviment zgħir. Irrid ngħid li l-ewwel erba’ laqgħat kienu mill-isbaħ fejn kelli opportunita’ niltaqa’ ma’ nies, ħafna minnhom għall-ewwel darba. Irrid nirringrazzja lil kull min qed jikkopera biex dawn l-attivitajiet qed jilħqu l-għan tagħhom.

Bħala titlu għidt is-sabiħ ta’ l-elezzjoni..hemm ukoll l-ikrah bħal f’kull ħaġa oħra fid-dinja! Dan huwa zmien fejn il-ħin limitat tiegħi mal-familja jkompli jonqos. Pero anke hawn nara sabiħ għaliex li kieku m’għandix mara u tifla li jifhmuni u li jappoġġjawni, kieku jien ma wasaltx s’hawn.

Nittama li narakom fil-jiem li ġejjin.

1 comment:

Unknown said...

JIEN MARIA CHARMAINE GALEA MIN TA SLIEMA JIEN GHANDI BZONN L-GHAJNUNA GHANDI IL-POST IKUNDANAT QED JAQGHALI GEBEL IX-XIBK TIDER META TAGHMEL XITA JIDHOLI L-ILMA LA GHANDI KCINA LA KAMRA TAL-BANJU MGHADIX POST DICENTI.ILI 6 SNIN LI APLIKAJT L-AHHAR LI MORT INKELEM LIL LORNA PAVIA IL-MANAGER TAL-HOUSING U HI QALTLI LI IRID IKUN HEMM XI ALTERNATIVA TA POST BIEX INKUNU NITSGHU ITUWULEK. JIEN QED NIBGHAT LILEK FORSI TKUN TISTA TGHINI BIEX ITUNI POST DICENTI FEJN NOQOD MHUX HALEWNI FIL-PERIKLU JIEN INBEZGHA HAFNA U MAGHNDIX MIN JGHINI JIEN NGHIX WAHDI U MA NAF LIL HADT. IL-FILE NUMBER 17572(H)
L-INDIRIZZ= ST PERER'S FLTS FLT 8, TRIQ SAN PIETRU, SLIEMA MOBILE NUMBER HU 79007220. L-GHAJNUNA MIN GHANDEK NAPREZA JIEN NAHSEB FIK 8 TA MARZU.
GRAZZI
MARIA CHARMAINE GALEA