Feb 19, 2008

Is-sewwa jirbah zgur !

Sentenza mogħtija dalgħodu mill-Qorti tal-Maġistrati f’kawza ta’ libell li jien kont ftaħt kontra l-ex prezentatur ta’ One Productions Etienne St John tikkonferma li t-tattika li tuza l-Oppozizzjoni hi li tixħet it-tajn u toħloq dubji bl-iskop li tħammeġ u biex tagħmel gwadann politiku.

Jien kont ħassejtni inġurjat b’allegazzjonijiet li kien għamel St John fuq Super One Radio nhar id-29 ta’ Mejju 2006. St John kien għamel numru ta’ allegazzjonijiet ta’ irregolaritajiet u favoritizmu fil-proċess ta’ l-egħluq tal-konfini ta’ l-izvilupp.

Madanakollu, St John naqas milli jressaq prova waħda biex jissostanzja dak li qal u l-Qorti qatgħetha li l-allegazzjonijiet kienu inġurjuzi u ordnat lil St John iħallas id-danni.

Is-sentenza tal-Qorti ta’ dalgħodu tikkonferma t-tattika ta’ l-Oppozizzjoni, liema tattika kienet uzata wkoll mil-Kap ta’ l-Oppozizzjoni li kien għamel xhur jallega xkora ta’ korruzzjoni dwar l-istess proċess u s’issa, minkejja li għaddew kwazi sentejn, għadu ma ressaqx prova waħda.

Dan hu kaz ieħor ta’ fejn is-sewwa jirbaħ zgur!

No comments: