May 3, 2009

What is worth knowing

Il-gurnalizmu huwa meqjus bhala wahda mill-kolonni ta' stat demokratiku. U ghalhekk kwalunkwe inizjattiva li ssahhah din il-kolonna hija ta' min ifahharha u jinkoraggiha. Il-bierah filghaxija attendejt ma' Lourdes id-19-il edizzjoni tal-MALTA JOURNALISM AWARDS organizzat mill-Istitut tal-Gurnalisti Maltin (IGM). Fis-serata tal-bierah thabbru r-rebbieha minn fost is-36 finalista li lahqu l-istadju finali minn fost l-57 participant. Din il-kompetizzjoni kibret u l-lum ghandha 13-il kategorija differenti.

Fic-cerimonja thabbar ukoll ir-rebbieh tal-Gold Award. Dan l-unur jinghata lil persuna nominata li skond il-Gurija tkun marret lil hinn minn rekwiziti ta’ prattika normali fil-gurnalizmu tul il-karriera gurnalistika taghha. Din is-sena l-Award inghata lil Lino Spiteri li kif qal hu stess il-bierah ilu 52 sena jikkontribwixxi fil-qasam gurnalistiku. Taqbel jew ma taqbilx mieghu, Lino jisthoqlu ghax ghandu pinna mirquma u sens profond t'analizi . Qal li l-ewwel darba li mar jaghti artiklu kellu saqajh jirtodu, u l-bierah ukoll kellu saqajh jirtodu. Nemmnu.

Waqt is-serata tal-bierah wiehed seta' japrezza l-input tal-gurnalisti kemm fil-kaz tal-printed media lokali kif ukoll tal-programmi audio-vizivi. Nemmen li l-gurnalizmu lokali ghamel pass qawwi 'l quddiem imma hemm bzonn dejjem aktar ta' gurnalizmu analitiku u bbazat fuq ricerka aktar milli percezzjoni. Oscar Wilde darba qal - “The public have an insatiable curiosity to know everything. Except what is worth knowing. Journalism, conscious of this, and having tradesman-like habits, supplies their demands.” Nittama li l-gurnalisti lokali jaghtu dejjem aktar what is worth knowing.

No comments: