May 10, 2009

Aldo Moro - 31 sena wara

Il-bierah 31 sena ilu l-Ewropa, propju f'Jum l-Ewropa, assistit ghal qtil ta' wiehed mill-aqwa mexxejja Ewropej b'vizjoni: Aldo Moro li kien President tad-Democrazia Cristiana fl-Italja. Gewwa Via Fani f'Ruma l-bierah il-President Taljan, Napolitano flimkien ma' politici ohra poggew fjuri hdejn il-lapida li tfakkar il-htif ta' Aldo Moro.

Kwazi xahrejn qabel fis-16 ta' Marzu tal-istess sena Moro kien mahtuf minn grupp armat ta' terroristi tal-Brigate Rosse. Dakinhar kienu nqatlu 5 membri tal-iskorta tieghu. Wara 55 gurnata ta' htif il-katavru tieghu nstab mitluq go karozza Renault hamra gewwa Via Caetani.

Fis-sebghinijiet Aldo Moro kien il-protagonist principali tal-progett politiku li kien jissejjah il-Compromesso Storico, li permezz tieghu kellhom jidhlu fil-Gvern anke l-Komunisti Taljani mmexxija minn Enrico Berlinguer. Il-hsieb kien li jigi ffurmat Gvern wiesa ta' solidarjeta' nazzjonali f'perjodu ta' krizi ekonomika u socjali kbira fl-Italja.

Jidher car li dan il-ftehim xejn ma ghogob lil BR li riedu jzommu sitwazzjoni ta' konfront fil-pajjiz. Jinghad ukoll li dan il-ftehim setgha anke urta forzi ohra li ma xtaqux li tigi mdghajfa "l-istabilita' fl-Italja". Il-verita' wara dan il-qtil difficli li nsiru nafuha totalment. Fl-opinjoni tieghi aktar milli noqghodu nfittxu x'gara, aktar interessanti li nixtarru l-kitbiet u d-diskorsi tieghu. Sa llum meta taqra kitbitu tinduna kemm kien bniedem ta' vizjoni kbira b' ruh socjali qawwija. Insomma Demokristjan ta' veru.

No comments: