Oct 4, 2008

Ghajnuna ghal kwalita' ghola

Il-bierah filghodu mort sal-impjanttal-Malta Dairy Products (MDP) fil-Ħamrun, impjant mill-aktar modern u li jien inqisu bħala wieħed minn ta’ quddiem nett, anzi vetrina, tat-titjib li sar fl-agro-industrija Maltija fl-aħħar snin. Fl-ahhar erba' snin l-MDP investiet xejn anqas minn €10M biex titrasforma dan l-impjant ghal wiehed li jilhaq l-istandards ewropej.

Mort l-MDP għax propju din il-kumpanija hija waħda mill-benefiċjarji ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea maħsuba għall-titjib fl-ipproċessar u promozzjoni ta’ prodotti. Bil-fondi li hadet l-MDP issa se jkollha makkinarju li se jghinha tintroduci sensiela ta' yogurts godda fuq is-suq lokali

Jien kelli okkazjoni ngħid kif dawn il-flus se jagħtu lis-settur agrikolu valur miżjud li jgawdi minnu l-proċessur, il-bidwi, r-raħħal u fuq kollox il-konsumatur li se jkollu prodott ta’ kwalità ogħla skond in-normi ta’ l-iġene u konformi ma’ standards Ewropej. Fost il-kumpaniji li gawdew il-bierah insibu kumpanija li tiproduci t-tadam, ohra li trabbi l-fniek, kumpanija li tiproduci l-inbid, ohra li tiproduci zejt taz-zebbuga u ohra li tiprocessa laham lokali.

Fl-istess attivita’ ħabbart ukoll li fit-tieni pjan għall-iżvilupp rurali li jkopri s-snin mill-2007 sal-2013 hemm allokati għalih madwar €100 miljun. ghall-perjodu 2004-2006 kellna €33M. Meta tqabbel l-ammont li kellna ghall-ewwel perjodu u l-perjodu ta' issa ssib li fil-fatt se jkollna zieda ta' 8%. Dan huwa settur li ghamel bidla kbira f'mument fejn ma kellux biss jikkompeti f'suq hieles imma qed ikollu jiffaccja ukoll l-isfida taz-zieda fil-prezzijiet tal-ghalf u z-zejt.

No comments: