Oct 14, 2008

Il-fkieren jinhelsu

Kieku jafu jitkellmu zgur li llum id-disa’ fkieren li ħlisna wara li ddewwew kienu jgħidulna ‘grazzi u għall-erwieħ’!

Din is-sena wkoll ħadt gost li ningħaqad ma’ numru ta’ tfal li jipparteċipaw fil-programm EkoSkola biex flimkien naraw il-ħelsien ta’ dawn il-fkieren li fiha nnifisha hija wkoll esperjenza ta’ tagħlim mill-aqwa ta’ kemm għandna nirrispettaw lill-annimali. Hija wkoll lezzjoni utli biex nirrispettaw l-ambjent għaliex ħafna drabi dawn l-annimali tant sbieħ jispiċċaw vittmi tal-ħmieġ li nwaddbu fil-baħar.

L-ezerċizzju li bih fkieren jiddewwew u jinħelsu huwa wieħed regolari u jinvolvi proċess twil ta’ kura lill-fkieren fiċ-ċentru ta’ l-Akwakultura ta’ San Luċjan. Il-fkieren jinġiebu minn persuni li jaraw speċi ta’ fkieren li jkunu midruba jew ikunu f’diffikulta’, imbagħad meta jkun iċċertifikat li dawn fiequ jerġgħu jinħelsu.

F’attivita’ bħal din jispikka mhux biss l-entuzjazmu tat-tfal prezenti izda anke d-dedikazzjoni tal-volontarji tan-Nature Trust li jghinu anke fil-kura tal-fkieren gewwa c-centru ta' San Luċjan. Ħadt gost dalgħodu nagħti sorpriza lil Vince Attard, President Nature Trust, u mat-tfal kantajnilu Happy Birthday. Zgur li kieku setgħu anke l-fkieren kienu jkantaw magħna!immexxija minn Vince Attard.

No comments: