Jan 27, 2009

1000 Miljun ruh bil-guh !

Bhalissa qed nattendi l-konferenza tal-UN f'Madrid dwar is-Sigurta' tal-Ikel fid-Dinji. Ic-cifri li smajt fis-sessjoni tal-bierah huma tal-wahx. Wara li s-sena li ghaddiet il-prezzijiet tal-ikel splodew, il-World Food Programme tal-UN spicca jigi mitlub biex jitma 30 miljun halq iehor biex issa ghall-ewwel darba fid-dinja se jkollna mal-1000 Miljun ruh li jbatu l-guh u mal-2000 Miljun persuna li jbaghtu minn malnutrizzjoni. Fil-Kenya biss bhalissa hemm 10 Miljun persuna li qeghdin fil-periklu tal-mewt minhabba l-guh.

Professor Jeffrey Sachs, qal li hemm bzonn $10 Biljun kull sena biex wiehed jitma lin-nies tal-Afrika biss ! Waqt li kien qed jiftah il-konferenza is-Segretarju Ezekuttiv tal-FAO, Jacques Diouf, qal li l-prezzijiet tal-ikel se jibqghu joghlew jekk mhux se jkun hemm investiment akbar fl-agrikoltura, liema investiment matul l-ahhar 20 sena naqas u mhux zdied.

Josette Sheeran mill-World Food Programme (WFP), qalet li qed naslu f'punt fejn is-sistema dinjija ma tistax tlahhaq biex titma n-numru ta' nies bil-guh. Sheeran qalet li wara t-trillions minfuqa biex id-dinja ssalva lil dawk dipendenti fuq Wall Street u Main Street, hemm bzonn li d-dinja tifhem li hemm bzonn nefqa anqas ta' "five billion dollars for the places with no streets to make sure that the most severe human suffering does not happen".

F'socjeta' affluenti bhal taghna, kemm nieqfu biex nahsbu fuq dan kollu ? Veru li ghandna socjeta' li tghin gruppi misjunarji, imma qed nghinu bizzejjed ? It-tfal taghna esposti bizzejjed ghal dawn ir-realtajiet biex japrezzaw x'ghandhom u forsi ikunu aktar altruisti ?

No comments: