Jan 7, 2009

Hal Mann Vella - ezempju ta' Best Practise

Il-bierah zort il-bini il-ġdid ta’ Halmann Vella. F'din iz-zjara mhux biss rajt l-qabza kbira li ghamlet din il-kumpanija fl-ahhar 50 sena izda kelli l-opportunita nara l-hafna inizjattivi li ttiehdu sabiex jaghmel din il-binja kemm jista jkun energy & water efficient.

Fost l-inizjattivi nsibu: l-orjentazzjoni tal-bini biex isir l-aħjar użu mid-dawl naturali, l-installazzjoni ta' twieqi double glazed u ta' louvers mekkannizzati li jinfetħu u jingħalqu skond kif ix-xemx tkun orjentata, kif ukoll l-installazzjoni ta' energy efficient lighting. Inizjattiva interessanti hija dik tal-installazzjoni ta' raised flooring fuq il-bejt, sabiex jinħoloq spazju ventilat bejn is-saqaf strutturali u l-art tal-bejt biex b’hekk tnaqqas ħafna l-ammont ta’ energijja meħtieġa li dan il-bini jkollu bżonn biex fih tinżamm atmosfera komda.

Interessanti l-fatt li din il-kumpanijja investiet f’ sistema ta’ ġbir u riċirkulazzjoni ta’ l-ilma li permezz tagħha ‘l fuq minn 96% ta’ l-ilma kollu li jintuza jiġi rkuprat u uzat mill-gdid. Id-Diretturi nfurmawni wkoll li bi ħsiebhom ikomplu jinvestu aktar sabiex ikomplu jsiru dejjem aktar eco-friendly, anke bl-installazzjoni ta' PV systems fuq il-bjut tal-fabbrika tal-kumpanija.

Fil-kelmtejn li ghamilt filwaqt li rringrazzjajthom tal-isforzi ambjentali tagħhom, tlabthom kemm jista jkun jesternaw dawn l-ezempji ta' best practice halli kumpaniji jew familji jikkupjaw dawn l-ezempji li mplimentaw huma.

No comments: