Jan 10, 2009

It-Tieni Pass ghal Pjazza gdida.

Il-bierah bdejna t-tieni pass biex il-komunita' ta' Tas-Sliema tirbah lura Pjazza Sant'Anna. L-ewwel pass ittiehed f'Lulju tas-sena l-ohra meta l-Gvern avza lis-sid li ma kienx interessat igedded il-kirja meta din tiskadi totalment fl-ahhar tal-2008. Tajjeb wiehed jghid li parti mill-kirja skadiet 4 snin ilu u s-sid kompla jokkupa l-art.

Qabel 30 sena ilu, kien hemm Pjazza li giet kwazi okkupata kollha bl-istabbiliment magħruf bħala Magic Kiosk. Ili ninsisti sa mill-2005 li ġaladarba tagħlaq il-kirja, jkun opportun li l-Gvern itemm il-kirja u b’hekk ikun f’pozizzjoni li jimplimenta l-pjan tiegħu li jsebbaħ zona importanti f’Tas-Sliema.

It-tieni pass kien dak li l-haddiema tal-Works Division, fi hdan il-Ministeru tieghi, bdew jizgubraw il-post fuq direzzjoni tat-Taqsima Propjeta ta’ Gvern. Qabel ma ntervjenejna tlabna l-parir tal-Ufficcju tal-Avukat tar-Republika halli nkunu certi li nistghu nintervjenu. Il-parir kien dak li l-Gvern kellu kull dritt jintervjeni. Il-bierah u llum il-post bazikament inhatt u fil-granet li gejjin nibdew ix-xoghlijiet halli nsebhu din il-pjazza mill-gdid fl-interess tal-gid komuni.

L-intervent li beħsiebna nagħmlu fi Pjazza Sant’Anna jirrispetta l-istorja ta’ din il-pjazza kif ukoll jintegra max-xogħlijiet ta' titjib li sar dan l-ahhar fi Triq it-Torri. Irrid nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari, Dr.Jason Azzopardi tas-sehem tiegħu biex inkunu f’pozizzjoni li nagħtu lil Tas-Sliema pjazza ‘ġdida’.

No comments: