Jan 11, 2009

Gym ghall-familja kollha

Il-bierah filghodu, flimkien mal-kollega tieghi Tonio Fenech, zort il-gym li ghadhom kemm lestew il-club tal-Melita FC gewwa Pembroke. Dan il-gym, li se jissemma Spinach Fitness Club, jifforma parti mill-investiment kbir li dan il-club ghamel matul l-ahhar sentejn. Ikolli nghid li l-gym huwa verament originali ghax huwa l-ewwel Family Gym f'pajjizna. Fih hemm sezzjoni ta' taghmir ghat-tfal, ohra ghat-teenagers u ohra ghall-adulti.

Idea verament tajba halli l-familja tkun tista taghmel sessjoni ta' ezercizzju taht l-istess saqaf. It-taghmir fis-sezzjoni tat-tfal, li jistghu jibdew minn eta' ta' 5 snin, huwa verament innovattiv, kkulurit u interattiv. Zgur li jhajjar lit-tfal jersqu 'l quddiem halli jaghmlu sessjoni. Parti mit-taghmir, bhal Gamebikes, jghaqqad l-idea tal-ezercizzju fiziku mal-loghob virtwali li issa saru mdorrijin jilghabu bih it-tfal illum. Hemm ukoll taghmir ghal persuna b'dizabilita fizika.

Gejna nfurmati wkoll li fost l-istaff impjegat ghal dan il-gym, li se jinfetah ufficjalment f'Marzu, apparti ghalliema tal-ezercizzju fiziku se jkun hemm ukoll Occupational Therapists u Child Psychologists. Il-filosofija tas-sezzjoni ghat-tfal hija mibnija fost affarijiet ohra fuq il-vizjoni tal-American College of Sports Medicine li jemmen li "resistance training in children and adolescents reflect an improved cholesterol level, cardio-respiratory fitness, bone health, selfimage and self-esteem."

Din il-facilita' tkompli turi kif il-volontarjat flimkien anke mal-investiment privat u l-ghajnuna tal-Gvern jista jsib il-forza biex ikompli jbiddel pajjizna u jaghmel minnu pajjiz mudell. Prosit u Good Luck !

No comments: