Apr 27, 2009

Lejn M'Xlokk ahjar

Bejn il-bieraħ u llum kelli x-xorti li nżur M'Xlokk darbtejn. Il-bieraħ filgħaxija attendejt għal quddiesa li mmarkat il-bidu tal-istaġun tat-tonn, filwaqt li dalgħodu mort inżur ix-xogħlijiet li bdejna fuq il-promenade ta’ Xatt is-Sajjieda. L-attivita prinċipali tul dan ix-xatt hija kkaraterizzata mill-ħidma tas-sajjieda nfushom u l-beigħ tal-ħut, u t-tama tieghi hija li b'dawn ix-xoghlijiet nsahhu dawn l-attivitajiet halli naghmlu minn M'Xlokk post li jattira aktar Maltin u turisti.

Dan il-proġett ikopri 9,200 metru kwadru t'art u se jiġi jiswa ‘l fuq minn €1,200,000. Sa qabel is-sajf se tkun lesta l-ewwel fażi ta’ dan il-proġġett kbir li tinkludi t-twessigħ, mogħdija ta’ servizzi ġodda u l-pavimentar gdid. Għall-pavimentar qed jintuża l-materjal magħruf bħala porfido kif ukoll granit li jikumplimentaw lil xulxin fid-disinn li bih qed jiġu ppavimentati l-bankini. Dan l-investiment juri biċ-ċar kemm il- Gvern irid li b’mod konkret jinvesti fit-tisbih taz-zoni kollha ta' pajjizna, specjalment iz-zoni l-aktar importanti marbuta mal-attivita' turistika ta' pajjizna.

Dan kollu qed isir bl-anqas inkonvenjent possibbli tant li sabiex waqt li għaddejjin ix-xogħlijiet ma ntelfux mir-rutina lil tal-ħwienet u ristoranti gew installati ukoll footbridges li għamlu aktar facli l-access ghad-djar tar-residenti u ghall-hwienet sakemm ikun ghaddej ix-xoghol kif ukoll jigi evitaw kull tip ta’ periklu. Mhux facli tahdem f'zoni bhal dawn ghax filwaqt li xoghol bhal dan jaqla hafna skomdu, ghamilna mill-ahjar li stajna biex inhallu l-attivita' kummercjali ghaddejja bl-anqas tfixkil possibli.

No comments: