Apr 18, 2009

Laqgha ta' konfrontazzjoni

Iż-żmien jgħaddi imma ċertu atteġġjamenti u ċertu nies ma jinbidlu qatt. Il-bierah attendejt għal dik li suppost kellha tkun laqgħa ta’ konsultazzjoni f’Marsaxlokk dwar il-proposti nklużi fl-abbozz tal-ewwel reviżjoni tal-iStrateġija Nazzjonali dwar l-immaniġġjar tal-iskart. Wahda mill-proposti hija dik ta' inceneratur biswiet il-powerstation ta' Delimara, liema impjant jehtieg jiehu 20% tal-iskart generat f'pajjizna halli niproducu energija nadufa. Din il-laqgħa saret fuq talba tal-Ministeru stess, minkejja li l-proċess ta’ tmien ġimgħat konsultazzjoni għalaq fl-aħħar ta’ Marzu. Riedna li jkollna laqgha ta' informazzjoni, izda rrendewha f'laqgha ta' konfrontazzjoni.

Sfortunatament il-laqgħa żvolġiet fi sfilata ta’ kandidati Laburisti ghall-Parlament Ewropew li kienu f’kompetizzjoni sfiqa bejniethom għal min se jieħu l-aqwa rikba jew l-ikbar ċapċipa. Smajna diskors wara ieħor għall-gallerija u ebda proposta jew suġġeriment konkret ta’ kif pajjiżna jista’ tabilħaqq ikompli jimmaniġġja l-iskart tiegħu u jieħu l-enerġija minnu. Tiskanta kif esponenti tal-Partit Laburista, uħud minnhom nies rispettati u b’karriera professjonali , jitħallew jinġarru mill-kurrent ta’ folla fi spirtu ta’ konfrontazzjoni. Meta gejt biex inwiegeb ghax hekk intlabt, beda gej tghajjir u ghajjat minn kull naha, lanqas biss kont ghadni lissint kelma !

Għaddew 4 snin minn xenata ta' Wied il-Ghajn u minkejja li l-Partit Laburista tilef elezzjoni oħra, u għandu mexxej ġdid li suppost wettaq terremot, sfortunatament ikolli nikkonkludi li kif ilni nissuspetta ma nbidel xejn fl-Oppożizzjoni. Politiku li tassew jirrispetta lill-poplu għandu jħares lil hinn minn ċapċipa llum, imma jahdem fl-interess nazzjonali biex ic-capcipa johodha ghada minn uliedna.

No comments: