Aug 6, 2009

Ghal aktar serhan ir-ras

Peress li mill-1989 'l hawn gie ristrett l-urban sprawl l-izvilupp tal-bini sar aktar ikkoncentrat fiz-zoni urbani ezistenti, allura l-impatt tal-bini beda jinhass ferm aktar. Hafna mill-bini gdid illum huwa re-development. Tisma bosta persuni li jghidulek "Jien mhiniex kontra li jibnu, imma kif jibnu ! Ma ghandhomx rispett lejn dawk ta' madwarhom". Kien proprju ghalhekk li jumejn ilu ħabbart regolamenti rigward l-industrija tal-bini bil-għan li jitjiebu l-prattiċi tax-xogħol, jonqsu l-ħsarat u l-inkwiet tal-ġirien.

Dawn ir-regolamenti (Regulations on the Avoidance of Damage to Third party Property) ġew approvati mill-Kabinett dan l-aħħar wara li f’April ta’ din is-sena kont ftaħt perijodu ta’ konsultazzjoni pubblika. Biex jidhlu fis-sehh irrid l-ewwel nghaddi mill-Parlament ligi dwar l-Industrija tal-Bini.

Ir-regolamenti huma maħsuba biex il-propjeta’ ta’ terzi tiġi mħarsa aħjar waqt attivita’ ta’ kostruzzjoni. Dan hu propost li jsir billi kull min ser jagħmel xogħol ta’ kostruzzjoni, ser ikun obbligat illi jipprepara Method Statement, jiġifieri dokument li jiddeskrivi kif ser isir ix-xogħol kif ukoll Condition Report li jispjega l-kundizzjoni tal-propjetatjiet li jmissu mas-sit li fuqu jkun se jsir ix-xoghol. Il-pubbliku se jkollu l-faċilita’ li joġġezzjona għal xi żvillupp jekk iħoss li dan il-Method Statement ma jipprovdix biżżejjed sigurta għal propjeta’ tagħhom.

Obbligu ieħor li ser jidħol f’dawn ir-regolamenti huwa dak tal-assigurazzjoni. Kull minn qed jagħmel xi xogħol ta’ bini irid ikun kopert permezz tal-assigurazzjoni. F’każijiet fejn l-insurance ma tkoprix, dawn ir-regolamenti jiprovdu żewġ regoli oħra: L-ewwel illi fejn ikun hemm claims ta’ terzi dawn jiġu riferuti għal arbitraġġ mandatorju flok ma jkun deċiż mill-Qorti. B’hekk it-terzi li jsofru ħsarat ikollhom deċiżjoni kemm jista’ jkun malajr. It-tieni, l-iżvilupatur ser ikollu jagħmel Garanzija Bankarja. Dan huwa Att illi juri l-impenn tal-Gvern biex ikun hemm titjib f'din l-industrija.

No comments: