Aug 10, 2009

Lura ghal Bulk Buying ?

Li t-tibdil fil-Partit Laburista kien biss wieħed kożmetiku issa nafuh. Pero l-konfermi qed ikomplu jaslu b’mod regolari mill-Oppożizzjoni nnifisha li donnha trid tfakkarna li s-sustanza tal-Oppożizzjoni baqgħet l-istess. Oppożizzjoni li għadha mehdiha tippreżenta proposti mbażwrin jew nofshom misjura u li jiġu ppreżentati mingħajr ma ssir analiżi xierqa tagħhom.

L-aħħar waħda waslet mill-Kap tal-Oppożizzjoni nnifsu. Ftit ġimgħat ilu, b’ħafna pompa u b’dikjarazzjonijiet solenni, l-Kap tal-Oppożizzjoni ħareġ pjan ta’ 23 punt biex jikkumbatti l-għoli tal-ħajja. Punt numru tlieta kien l-aktar oriġinali u innovattiv, tant li kien jgħid li ‘Il-Gvern jimporta prodotti u servizzi huwa stess. Dawn jinbiegħu lill-pubbliku b’modi differenti.

Ma tlum lil ħadd fost min ħaseb li din hija biss proposta biex immorru lura għas-sistema tal-bulk buying, sistema li tant kienet għal qalb Gvernijiet Soċjalisti tal-imgħoddi pero li l-poplu ma ridhiex u għadu jibża minnha sa' llum. Bl-iskop li kemm jista’ jkun jimmitigaw id-danni, f’dawn il-jiem Muscat ipprova jbenġel u jkompli jbażwar il-proposta tiegħu billi qal li l-Partit Laburista ma jridx li jerġa jirrikorri għall-bulk buying pero jrid li jkun hemm aktar trasparenza fl-importazzjoni ta’ prodotti u servizz ! Hawwadni ha nifhem !!

No comments: