Aug 30, 2009

Wirt kbir fil-knejjes

Dalghodu komplejt bil-mawriet tieghi fil-festi tal-kostitwenzi. Illum kien imiss il-festa ta' San Bert fil-Gharghur u dik ta' San Giljan gewwa San Giljan. Waqt li kont fir-rahal tal-Gharghur kelli l-opportunita' nigi mdawwar mis-Sur Lino Wettinger mal-knisja parrokjali li fehmni x-xoghlijiet tal-arti li biha hi moghnija din il-knisja.

Knisja zghira imma bi storja kbira. Bdiet tinbena fl-1612. L-istatwa ta' San Bert, ghalkemm m'hemm xejn dokumentat, jinghad li nbdiet minn Melchiorre Gafa', li izda ma komplihiex ghax miet fl-eta' zghira ta' anqas minn 32 sena. Huwa zgur li din kompliha u taha l-kulur l-artist Francesco Zahra biex setgha jkompliha u jaghtiha l-kulur mehtieg.

Xoghol iehor ta' min jammirah huwa l-kwadru titulari ta' San Bert. Dan il-kwadru li nhadem minn Giuseppe Cali kien qam 40 lira Maltin ta` dak iz-zmien. Il-kwadru huwa mahdum fl-istil solitu ta' Cali. Tiskanta kif knisja ta' rahal zghir bhal dak tal-Gharghur hija daqshekk sinjura b'xoghlijiet tal-arti.

Dan mhuwiex l-uniku kaz. Huma bosta l-knejjes li huma mimlija zoghlijiet tal-arti izda hafna drabi ftit huma apprezzati anke ghax ftit li xejn inhoss li tkun promossa l-arti tal-knejjes ta' pajjizna. Ghandna wirt kbir fil-knejjes taghna. Xi kultant tiskanta anke x'tara fis-sagrestija tal-knejjes. Nahseb li wasal iz-zmien li kull knisja jkollha imqar fuljett fid-dahla li jaghtik ftit informazzjoni fuq l-opri tal-arti, inkluz l-istorja u s-sinifikat taghha. Tajjeb fuljett bhal dan ikunu anke bil-Malti. Fuljett bhal dan m'ghandux ikun biss ghat-turisti izda fuq kollox ghall-Maltin stess halli jaghrfu japrezzaw aktar il-wirt artistiku u kulturali tal-knejjes taghna.

Aug 27, 2009

Don Quixote

Niskanta kif f’dan il-pajjiz il-Partit Laburista kapaci johloq kontroversja anke fejn kontroversja ma jkunx hemm ! Hekk hu l-kaz tat-twaqqigh tal-Oil Depot li jinsab biswiet is-swar tal-Birgu u jaghti fuq ix-Xatt tal-Kalkara. Il-MEPA approvat il-permess biex dan il-bini jitwaqqa'.

Favur din l-applikazzjoni tas-Sezzjoni tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali kien hemm is-Supretendent tal-Fortifikazzjonijiet u il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Wirt Storiku tal-MEPA. Infatti l-Kumitat Konsultattiv dwar il-Wirt Storiku tal-MEPA qal li l-fortifikazzjonijiet għandhom jieħdu prijorita’ fuq din il-binja industrijali, l-Oil Depot - u ma jsib l-ebda oġġezzjoni li dan il-bini jitwaqqa’. Is-Suprentendent qal ukoll li t-travi tal-binja huma mdaħħla direttament ġol-ħitan tas-swar u dawn kienu qed jagħmlu ħsara lil dawn is-swar.

L-unika persuna li oġġezzjona li jsir dan il-proġett li għalih hemm fondi tal-Unjoni Ewropea kien id-Deputat u kelliem Laburista għall-Ippjanar Roderick Galdes li fil-laqgħa tal-MEPA vvota kontra. Ma waqafx hemm. Hareg stqarrija biex jiprova jikkonvinci kemm ghandu ragun. Din ma kenitx l-ewwel darba li l-PL permezz tar-raprezentant tieghu fuq il-Bord tal-MEPA ivvota kontra progetti li ghandhom finanzjament tal-UE. Saret konswetudini !

Habat tajjeb li s-Sindku tal-Birgu, John Boxall xi granet ilu, ddikjara ruħu favur li din il-binja titnehha u b'hekk toħroġ mill-gdid is-sbuħija tas-swar u jaghti cans li s-sur jiġi restawrat. Imma nsaqsi jien: l-Onor Galdes staqsa x’inhi l-opinjoni tal-KL tal-Birgu, ghallanqas tas-Sindku u l-Kunsilliera tal-PL qabel vvota kif ivvota ? Jekk iva, x’kienet l-opinjoni ? Jekk le, ghaliex ma ndenjax ruhu jikkonsulta ?

Aug 25, 2009

Ciao Des

Onestament ma nafx x'se naqbad nghid. Dalghodu ircivejt sms mill-ufficcju li kienet tghid "I've thought to let you know that Desmond Vella, promoter of Earth Garden has passed away". Ksaht. Kif jista jkun ? Ghadu tant zghir ? Xi gralu ? Staqsejt u spjegawli li kollox gara waqt li kien vaganza mal-familja f'Cipru.

Ghaddew is-sieghat issa mill-ahbar, izda ghadni ma nistax nemmen. Des ghada kien se jaghlaq 35 sena. Kien ghadu fl-ahjar tieghu. Ragel mimli entuzjazmu ghall-hajja. Businessman u bniedem ta' kultura mimli kreattivita'. Sirt nafu meta inghaqad mal-Ministeru biex norganizzaw flimkien Earth Garden. Ragel bla presunzjoni. Lest jisma izda sod fl-argumenti tieghu. Kapaci jaghmel argument minghajr ma jkun goff.
Ha nieqaf hawn. Nipreferi nerga mmur naqra x'kiteb haddiehor fuqu Facebook u fuq Times of Malta on line.

Aug 24, 2009

L-indafa responsabilita' ta' kulhadd

Jiddispjacini nghid li f’ħafna minnha għadha teżisti l-marda li nżommu djarna nodfa u nħammġu barra. Ngħidha bla tlaqlieq – hija responsabbilta’ tal-Gvern u tal-Kunsilli Lokali li jnaddfu u jinvestu f’apparat li jnaddaf, pero hija r-responsabbilta’ ta’ kull wieħed u waħda minnha li nżommu nadif. Fl-aħħar ġimgħat kelli l-opportunita’, flimkien mal-Prim Ministru, li niltaqgħu mal-ħaddiema tal-Cleansing Services Department, li jnaddfu pajjiżna u naraw b’għajnejna makkinarju ġdid u li beda jintuża, inkluz tlett mechanical sweepers kbar. Bosta mill-haddiema esprimew ir-rabja li ftit wara li jkunu hallew post pupilla, jerga jintefa l-hmieg.

Bilkemm ridt nemmen dak li qrajt f’dawn il-jiem meta ntqal li mill-funtana ta’ Putirjal il-Belt, inġabar mal-elf kilo ta’ ħmieġ ta’ kull tip ! Irrid ngħid li dan minkejja li din titnaddaf bejn tlieta u erba’ darbiet fis-sena minn ħaddiema tat-Taqsima tat-Tindif u dan bi spejjeż kbar għax kull darba din trid titbattal u terġa timtela’ bl-ilma.

Dan ifisser li għexieren ta’ nies ma ddejqu xejn jarmu xi ħaġa f’wieħed mill-aktar postijiet pubbliċi li għandna f’Malta. Jien nistaqsi – allura dawn it-talin x’ikunu lesti jarmu f’postijiet aktar imwarrbin u kwieti bħalma hi l-kampanja? Jien għandi mistoqsija oħra – kemm nies inqabdu jarmu karta, flixkun jew sigarett fil-funtanta ta’ Putirjal ? Possibli li minn elf kilo ħmieġ ma nqabad ħadd? Jew ma rraporta ħadd ? Irridu naraw li nziedu l-infurzar. Imma din hija fuq kollox kwistjoni ta' attegjament, ta' kultura.

Qed naghmlu sforz qawwi biex inzommu nodfa l-bajjiet f'pajjizna. Għandna team ta’ ħaddiema jnaddfu l-bajjiet u qed innaddfu l-bajjiet bir-ramel kollha bis-sand sifters. Minn dan is-sajf ziedna l-frekwenza tat-tindif tal-bajjiet. L-isforzi l-Gvern qed jaghmilhom, imma hi r-responsabilita' ta' kulhadd li pajjizna jinzamm nadif.

Aug 22, 2009

Industrija sinifikanti

L-industrija tal-akwakultura f'Malta llum tesporta madwar €100 miljun fis-sena li 85% minnhom hi esportazzjoni tat-tonn u 15% bejn awrat u spnott. Din l-industrija llum qed timpjega nies fuq bażi part-time jew full-time li meta tpoġġihom flimkien ilaħħqu madwar 1,000 impjieg full-time. Zewg cifri li jimpresjonawk.

M’għandniex xi ngħidu, hija wkoll industrija sensittiva ferm peress li topera f’ambjent, li hu l-baħar, u tirrigwardja speċi li huma wkoll sensittivi. Huwa għalhekk fundamentali li nsibu bilanċ sostenibbli biex din l-attivita’ tant ekonomikament importanti għalina ntuha futur u spazju fejn tikkompeti u tikber u fl-istess hin naraw li nnaqqsu l-impatt taghha fuq l-ambjent.

Malta dejjem qieset din l-industrija bħala waħda ta’ importanza kbira u dan illum qed jgħinna biex żammejna l-kompetittivita’ tagħna minkejja kompetizzjoni dejjem tikber f’dan is-settur. Aħna għandna wkoll il-vantaġġ li l-operaturi ewlenin f’dan is-settur illum huma magħquda f’assoċjazzjoni u dan qed jiffaċilita l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-operaturi. Irrid nghid li l-industrija li laħqet livell għoli ta' teknoloġija u l-operaturi Maltin qed jaghmlu sforzi biex jaraw fejn jistgħu jkomplu jtejbu l-operat tagħhom.

Għalkemm ir-riżorsi tagħna f’dan il-qasam huma limitati, xorta għandna fost l-aqwa esperti f’dan is-settur. Bhalissa Malta, flimkien ma’ pajjiżi oħrajn, qed tieħu sehem attiv f’esperiment fejn qed issir riċerka dwar kif it-tonn ikun jista’ jitfaqqas fi stat ikkontrollat. Kieku dan isehh, ikun zvilupp sinifikanti hafna.

Aug 15, 2009

Prosit u Grazzi Blues !

It-team tal-waterpolo tas-Sliema rega gie dikjarat Champions tal-League Nazzjonali wara r-rebha tal-bieran b'16-6 mas-Sirens. Champions ghal 31 darba fl-istorja tal-waterpolo malti. Ma stajtx niccelebra maghhom ghax imsiefer imma kont maghhom fl-ispirtu ! Kien stagun ta' nzul u tlajja. It-team beda hazin hafna. Telfa kontra r-rivali eterni Neptunes u ohra kontra San Giljan. Ma stajniex nibdew aghar. Imma t-team tjieb aktar ma beda diehel l-istagun specjalment meta rega dahal fit-team il-barrani Fodor.

Fl-ahhar zewg loghbiet kontra n-Neptunes it-team kien ikkoncentrat hafna. Kien jaf ezattament kif jikkontrolla l-loghba specjalment mit-tielet sessjoni lil hemm. Apparti Rajmund Fodor fl-opinjoni tieghi zewg players li spikkaw f'dan l-istagun kienu Jerome Gabaretta u Mark Meli. Ma rrid innaqqas xejn mill-kontribut tal-players l-ohra, imma nahseb li dawn kienu l-aktar zewg players li tjiebu b'mod sostanzjali f'dan l-istagun. Josie Cachia fil-lasta rega' kien fundamentali, specjalment bil-wirjiet tieghu kontra n-Neptunes.

Dan kien stagun iehor fejn it-team kien immexxi mill-koppja Sergio Afric u l-ex player tas-Sliema, Peter Decesare. Koppja li minghajr hafna fuss zejjed irnexxielha tistimula l-potenzjal tat-team u ggeghel lit-team jiffoka fl-aktar mumenti mportanti. Minn hawn irrid nghid prosit ukoll lill-kumitat mmexxi ukoll minn ex-players iehor, Michael Gatt. Prosit u Grazzi Blues !

Aug 13, 2009

F'gieh l-annimali

Irrid nghid grazzi kbira lit-team ta’ ħaddiema li jiffurmaw id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali. Il-ħeġġa u d-determinazzjoni taghhom hija ta' ezempju. F’dawn il-jiem kelli l-okkażjoni li niltaqa’ b’mod informali ma’ dawn il-ħaddiema mmexxija mid-Direttur tagħhom Dr. Mario Spiteri. Team ta’ seba’ ħaddiema li b'entuzjazmu qed jippruvaw ilaħħqu mad-domanda dejjem tikber ta’ rapporti u inspezzjonijiet li qed jaslu ta’ kuljum dwar klieb u annimali oħra li huma maħqura. Semmewli kif it-telefon tad-Diaprtiment ma jieqafx idoqq!

Laqtitni l-frażi li qaluli ripetutament – dik li d-Dipartiment qieħged kull ma jmur isir vittma tas-suċċess tiegħu stess. Il-ħidma ta’ dawn in-nies qed twassal għal għarfien ikbar u għalhekk iktar rapporti minn nies li sa’ ftit ilu kienu jaħsbuha darbtejn qabel ma jċemplu biex idaħħlu rapport. Illum, għax jafu li hemm team li jirrispondi b’mod effettiv it-telefonati qed jiżdiedu. Dawn il-ħaddiema ġejjin minn oqsma differenti fil-ħajja tagħhom, b’passati differenti, pero magħqudin b’għan wieħed – determinazzjoni u impenn favur l-annimali.

Ħadt gost nisma lil dawn il-haddiema jgħidu li ma tgħaddix siegħa li ma jkollhomx ukoll telefonati ta’ nies li jkunu jridu juru apprezzament. Għalihom dan ifisser ħafna u jien ningħaqad man-numru dejjem jikber ta’ nies li jgħidu grazzi li dawn l-individwi tax-xogħol kbir li qed jagħmlu. Hafna minn dawk li jcemplu jkunu persuni li bhal hafna ohrajn jiehdu hsieb l-annimali taghhom b'kura u dedikazzjoni kif naghmlu mal-hbieb. Insellem ukoll lill-volontiera mpenjati fl-NGOs favur il-harsien tal-annimali. Kellu ragun Mahatma Gandhi: il-kejl tac-civilta' jiddependi ukoll minn kif ikunu trattati l-annimali.

Funtana ghal Johnny Navarro

Il-bierah filghaxija f'cerimonja zghira inawgurajna funtana b'dedika ghal Johnny Navarro. Bhala parti mix-xoghol ta' tisbih taz-zona kummercjali ta' Tas-Sliema riedna ninstallaw funtana fil-wesgha ta' kif titla Triq it-Torri. Domt nhewden ftit. F'dawk l-akwati fi zmien kien hemm it-Teatru Gaiety u allura gietni l-idea li nsemmuh ghal xi wiehed mill-atturi Sliemizi. Gieni f'rasi Johnny Navarro ghax mill-ftit li kont nafu, fil-fatt naf ferm aktar lil John it-tifel tat-tifla, kont naf li kien persuna li kien ihobb hafna l-funtani.

Johnny Navarro kien persuna mit-teatru li konna familjari mieghi lkoll. Lili igibli nostalgija. Meta kont zghir kont immur ghand in-nanna u nisimghu fuq ir-Rediffusion. Meta konna zghar konna nissahru naraw lilu fuq it-televizzjoni black & white f'xi kummiedja. Johnny u atturi bhal Charles Clews, Gemma Portelli u ohrajn jiffurmaw parti minn hajjitna. Il-bierah hadt gost li nghaqdu maghna ukoll atturi ohra li hadmu ma' Johnny, bhal Terry L. Bencini li f'diskors li ghamlet irrakkontatilna ftit mill-hmerijiet li kien jaghmel.
Issa Johnny ghandu funtana dedikata ghalih. Nemmen li dawn il-persunaggi tat-teatru jixirqilhom aktar rikonoxximent u apprezzament.

Aug 10, 2009

Lura ghal Bulk Buying ?

Li t-tibdil fil-Partit Laburista kien biss wieħed kożmetiku issa nafuh. Pero l-konfermi qed ikomplu jaslu b’mod regolari mill-Oppożizzjoni nnifisha li donnha trid tfakkarna li s-sustanza tal-Oppożizzjoni baqgħet l-istess. Oppożizzjoni li għadha mehdiha tippreżenta proposti mbażwrin jew nofshom misjura u li jiġu ppreżentati mingħajr ma ssir analiżi xierqa tagħhom.

L-aħħar waħda waslet mill-Kap tal-Oppożizzjoni nnifsu. Ftit ġimgħat ilu, b’ħafna pompa u b’dikjarazzjonijiet solenni, l-Kap tal-Oppożizzjoni ħareġ pjan ta’ 23 punt biex jikkumbatti l-għoli tal-ħajja. Punt numru tlieta kien l-aktar oriġinali u innovattiv, tant li kien jgħid li ‘Il-Gvern jimporta prodotti u servizzi huwa stess. Dawn jinbiegħu lill-pubbliku b’modi differenti.

Ma tlum lil ħadd fost min ħaseb li din hija biss proposta biex immorru lura għas-sistema tal-bulk buying, sistema li tant kienet għal qalb Gvernijiet Soċjalisti tal-imgħoddi pero li l-poplu ma ridhiex u għadu jibża minnha sa' llum. Bl-iskop li kemm jista’ jkun jimmitigaw id-danni, f’dawn il-jiem Muscat ipprova jbenġel u jkompli jbażwar il-proposta tiegħu billi qal li l-Partit Laburista ma jridx li jerġa jirrikorri għall-bulk buying pero jrid li jkun hemm aktar trasparenza fl-importazzjoni ta’ prodotti u servizz ! Hawwadni ha nifhem !!

Aug 7, 2009

Serjeta’ u infurzar

Uffiċjali mid-Direttorat tas-Sajd tal-Ministeru tiegħi l-bieraħ wettqu azzjoni ta’ infurzar fuq fishfarm partikolari. Dan seħħ wara li spezzjonijiet kostanti wasslu biex kien stabbilit li kwantita’ ta’ tonn maqbuda minn lanċa Marokkina u li kienet qed titkabbar f’fishfarm lokali kienet illegali għax il-lanċa kienet qabżet il-kwota tagħha.

B’kollox inħellsu hut li jiżnu maż-żewġ tunnelatti w nofs u li għandhom valur fis-suq ta’ madwar €50,000. L-industrija tat-tonn hija waħda importanti, mhux biss għal pajjiżna. It-tonn hija speċi rikjesta ħafna, speċjalment f’pajjiżi Asjatiċi u għalhekk jeżisti riskju li dan iwassal biex il-ħuta tkun maqbuda f’livelli li ma jiggarantux is-sostenibbilta’ tagħha. Fil-fatt, rapporti ta’ xjenzati wrew kif l-ispeċi kienet qed tiffaċċja kriżi jekk ma jittieħdux passi immedjati. Irridu nagħmlu minn kollox biex inaħarsuha pero dan bl-ebda mod ma jfisser li aħna mhux se nkunu attenti biex niżguraw li r-regolamenti rilevanti jkunu osservati.

Pajjiżna huwa membru attiv fil-Kummissjoni Internazzjonali li tħares it-Tonn, l-ICCAT, u aħna impenjati li nħarsu r-regolamenti. Il-Gvern jemmen f’bilanċ u sostenibilita’ u aħna dejjem ressaqna proposti f’dan is-sens. Fl-aħħar xhur saħħaħna l-kapaċita’ amministrattiva tad-Direttorat tas-Sajd, fatt rikonoxxut ukoll mill-Kummissjoni Ewropea, biex niżguraw li pajjiżna qed jilqa’ għall-obbligi tiegħu. Il-ħarsien tar-regolamenti huma l-aqwa garanzija ta’ futur sostenibbli għal dan is-settur.

Aug 6, 2009

Ghal aktar serhan ir-ras

Peress li mill-1989 'l hawn gie ristrett l-urban sprawl l-izvilupp tal-bini sar aktar ikkoncentrat fiz-zoni urbani ezistenti, allura l-impatt tal-bini beda jinhass ferm aktar. Hafna mill-bini gdid illum huwa re-development. Tisma bosta persuni li jghidulek "Jien mhiniex kontra li jibnu, imma kif jibnu ! Ma ghandhomx rispett lejn dawk ta' madwarhom". Kien proprju ghalhekk li jumejn ilu ħabbart regolamenti rigward l-industrija tal-bini bil-għan li jitjiebu l-prattiċi tax-xogħol, jonqsu l-ħsarat u l-inkwiet tal-ġirien.

Dawn ir-regolamenti (Regulations on the Avoidance of Damage to Third party Property) ġew approvati mill-Kabinett dan l-aħħar wara li f’April ta’ din is-sena kont ftaħt perijodu ta’ konsultazzjoni pubblika. Biex jidhlu fis-sehh irrid l-ewwel nghaddi mill-Parlament ligi dwar l-Industrija tal-Bini.

Ir-regolamenti huma maħsuba biex il-propjeta’ ta’ terzi tiġi mħarsa aħjar waqt attivita’ ta’ kostruzzjoni. Dan hu propost li jsir billi kull min ser jagħmel xogħol ta’ kostruzzjoni, ser ikun obbligat illi jipprepara Method Statement, jiġifieri dokument li jiddeskrivi kif ser isir ix-xogħol kif ukoll Condition Report li jispjega l-kundizzjoni tal-propjetatjiet li jmissu mas-sit li fuqu jkun se jsir ix-xoghol. Il-pubbliku se jkollu l-faċilita’ li joġġezzjona għal xi żvillupp jekk iħoss li dan il-Method Statement ma jipprovdix biżżejjed sigurta għal propjeta’ tagħhom.

Obbligu ieħor li ser jidħol f’dawn ir-regolamenti huwa dak tal-assigurazzjoni. Kull minn qed jagħmel xi xogħol ta’ bini irid ikun kopert permezz tal-assigurazzjoni. F’każijiet fejn l-insurance ma tkoprix, dawn ir-regolamenti jiprovdu żewġ regoli oħra: L-ewwel illi fejn ikun hemm claims ta’ terzi dawn jiġu riferuti għal arbitraġġ mandatorju flok ma jkun deċiż mill-Qorti. B’hekk it-terzi li jsofru ħsarat ikollhom deċiżjoni kemm jista’ jkun malajr. It-tieni, l-iżvilupatur ser ikollu jagħmel Garanzija Bankarja. Dan huwa Att illi juri l-impenn tal-Gvern biex ikun hemm titjib f'din l-industrija.

Aug 2, 2009

Storja ta' zewg nisa

Dan il-weekend iltqajt ma' zewg nisa li geghluni nahseb. Nhar il-Gimgha meta mort niltaqa mal-bdiewa jaqtghu it-tadam mill-ghelieqi taghhom f'Ghawdex iltqajt ma' mara li geghlitni nahseb. Din il-mara Ursula Caruana omm ta' familja li tahdem l-ghelieqi izda anke qed tistudja fl-Istitut tal-Agrikoltura fl-Universita' ta' Malta. Ursula qed taghmel BSc in Mediterranean Agro-ecosystems Management u determinata li tkompli taghmel anke MSc. Qed taghmel it-tezi taghha fuq il-promozzjoni tal-prodotti lokali.

Il-bierah filghaxija waqt il-Festa tad-Tadam iltqajt ma' mara ohra li geghlitni nahseb. Iltqajt ma' Josephine Xuereb fl-istand ta' Cini tal-melh. Josephine tigi t-tifla ta' Leli Cini li ilu jahdem il-melh fis-salini ta' taht iz-Zebbug f'Ghawdex ghal xi sittin sena. Josephine, omm ta' familja, se tiehu minghand missierha din l-attivita' li ilha ghand il-familja taghhom ghal mijiet ta' snin. Josephine determinata li tkompli taghmel dawn is-salini attrazzjoni agro-turistika u li ttejjeb l-marketing u l-ippakkagjar tal-melh naturali li jiproducu b'tant xoghol iebes u dedikazzjoni f'dawn is-salini. Jien u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru spjegajnilha taht liema Mizuri tal-Programm tal-Izvilupp Rurali tista tapplika halli tiehu ghajnuna biex tilhaq l-ghanijiet taghha.

Dawn iz-zewg nisa geghluni nahseb kif l-investiment fil-qasam agrikolu qed jirrendi anke ghax qed ihajjar aktar nisa jsiru protagonisti fl-attivita' agro-industrijali ta' pajjizna. Dawn iz-zewg nisa huma xhieda tat-trasformazzjoni li qed naraw f'dan il-qasam. Il-programm ta' investiment finanzjarju minn naha tal-Gvern kif ukoll il-programm ta' investiment akkademiku bhal dak tal-Istitut tal-Agrikoltura qed jghinu qaghtih biex is-settur agro-industrijali jinbidel biex jikkompeti bi prodotti ta' kwalita' li jitpoggew fuq is-suq b'mod aktar meqjus u attraenti.