Mar 6, 2010

Flat Out Brilliance

Il-bierah gejt mistieden nattendi l-launch ta' prodott minn grupp ta' tnax-il student tas-Sixth Form tal-Kullegg De la Salle bhala parti mill-esperjenza taghhom fil-Young Enterprise. Hargu bi prodott interessanti u innovattiv. Qed jiproducu platters minn flixken tal-hgieg diga uzati. Bazikament qed jigbru l-flixken, jahsluhom u jiehduhom go fabrika tal-hgieg fejn il-flixken jissahhnu halli jigu mghaffga taht pressa. Idea verament helwa ta' kif ikunu riciklati l-flixken !

Taw l-isem reWINEd lill-kumpanija. Fuq il-website taghhom jiprezentaw il-prodott hekk : We present to you the epitome of ecological friendly dining. It is, in its essence, a modern,stylish, environmentally friendly multi-purpose product.

Grupp ta' zghazagh li jidher car li qed igawdu bis-shih din l-esperjenza tal-Young Enterprise. Entuzjasti, energetici u maghqudin f'team. Din l-esperjenza tal-Young Enterprise li issa dahlet fl-20 sena taghha, toffri opportunita' liz-zghazagh jitghallmu flimkien ikunu immaginattivi, jiproducu prodott, jaghmlu l-marketing ghalih u jmorru jbieghu l-prodott huma stess.

Apparti li jghin hafna liz-zghazagh johorgu l-kreattivita' taghhom, jghinhom ukoll jahsbu u jahdmu f'team. Jitghallmu ukoll l-principji bazici tad-dinja tal-kummerc. Kif twelled kumpanija, kif issib l-investiment, kif tbiegh is-shares tal-kumpanija u kif titkellem fil-pubbliku u kif l-ahjar tbiegh il-prodott, inkluz il-packaging li tuza. Programm posittiv hafna ghax johrog il-potenzjal li ghandhom fihom iz-zghazagh u jghinhom jikkompetu ukoll ma' gruppi ohra. Good luck reWINEd !

http://www.rewinedmalta.com/ http://www.youngenterprise.org.mt/

No comments: