Mar 10, 2010

Invictus

Wara 27 sena l-habs, hafna minnhom f'cella zghira fuq Robben Island, Nelson Mandela jinheles fl-1990. Immedjatament jibda jahdem ghat-tmiem tas-sistema tal-apartheid u elezzjonijiet hielsa li fihom jappartecipaw anke s-suwed gewwa l-Afrika t'Isfel. Dan hu l-isfond tal-film INVICTUS. Mandela, bl-attur Morgan Friedman iqaxxar il-parti tieghu, jsir President tal-Afrika t'Isfel fl-1994. L-ewwel challenge tieghu "balancing black aspirations with white fears."

Is-sejha tieghu ghal rikonciljazzjoni ssib opposizzjoni, anke mill-membri tat-team tas-sigurta' tieghu li ma setghux jaccetta li jkollhom maghhom ufficjali bojod ! It-tensjoni razzjali kienet ghada qawwija. Mandela minn naha tieghu jiprova jirbah l-"ghadu" tieghu billi jissorprendih bid-disponibilita' tieghu li jhares 'l quddiem aktar milli lejn il-passat.

Waqt li Mandela jaghmel hiltu biex jirbah l-akbar zewg problemi li kienu qed ikiddu l-pajjiz, il-qghad u l-kriminalita', hu jiprova jirbah loghba ohra, dik tar-rugby ! Mandela jattendi loghba rugby fejn jilghabu l-Springboks, ir-rugby union team tal-Afrika t'Isfel, simbolu tad-dominju abjad fuq is-suwed. Minn hemm Mandela jiddeciedi li jghum kontra l-kurrent sabiex juza l-isport biex jghaqqad nazzjon wara aktar minn 50 sena ta' tensjoni razzjali.
Dan il-film, dirett minn Clint Eastwood, jitkellem dwar ir-rivoluzzjoni li wettaq Mandela waqt ir-Rugby World Cup tal-1995 gewwa l-Afrika t'Isfel. Film verament worthed li wiehed jarah. Lili laqatni hafna l-karattru ta' Mandela li bl-akbar intelligenza u perseveranza jgib lil ghadu mieghu.

No comments: