Mar 30, 2010

Laqghat mal-Kummissarji Ewropej

Il-bierah u llum kelli l-opportunita li niltaqa' fi Brussels ma' numru ta' Kummissarji Ewropej li ghandhom responsabbiltajiet li huma assocjati mal-hidma tal-Ministeru tieghi. Il-laqgħat li kelli kienu mal-Kummissarju għall-Agrikoltura u Żvilupp Rurali, Dacian Ciolos; mal-Kummissarju għall-Azzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima, Connie Hedegaard; mal-Kummissarju għas-Sajd u Affarijiet Marittimi, Maria Damanaki; mal-Kummissarju għall-Enerġija, Gunther Oettinger u mal-Kummissarju għas-Saħħa u l-Politika dwar il-Konsumatur, John Dalli. Għal dawn il-laqgħat kont akkumpanjat mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana u minn uffiċjali oħra mill-Ministeru.

Dawn il-laqgħat, li qed isiru fil-bidu tal-mandat tal-Kummissarji l-ġodda, servew biex niddiskuti l-prioritajiet tal-programmi taghhom u fl-istess hin naghti ħarsa lejn ir-realtajiet partikolari taghna. Liema realtajiet jehtieg jittiehdu nkonsiderazzjoni. Ghal uhud minn dawn il-Kummissarji din kienet l-ewwel okkazzjoni fejn setghu jisimghu f'aktar dettal dwar Malta u dak li qed inwettqu ahna fl-oqsma rispettivi.

Irrid nghid li sibt Kummissarji lesti li jisimghu u japprezzaw ir-realta' taghna u f'dawn il-laqghat thejjew is-sisien ghal koperazzjoni u djalogu mill-qrib fix-xhur u s-snin li gejjin. Dawn il-Kummissarji jmexxu oqsma u ghandhom quddiemhom programm shih ta' xoghol u riformi. Ahna rridu naghmlu l-parti taghna sabiex filwaqt li huma jaslu ghal finijiet taghhom, ahna ma nkunux marginalizzati. Hafna drabi dan jiddependi hafna mit-tip ta´relazzjoni li tkun kapaci tibni maghhom personalment kif ukoll mal-istaff tas-Segretarjati taghhom.

No comments: