Mar 20, 2010

Rikoxximent f'waqtu

F'dawn il-granet is-Sorijiet tal-Orsolini qed jiccelebraw il-100 sena mill-bini tad-dar taghhom gewwa G'Mangia. Dar li kien bena Mons.Isidor Formosa li kien waqqaf ukoll il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Orsolini. Ghall-okkazzjoni s-Sorijiet xtaqu jaghmlu monument ghal Fundatur taghhom. Il-Madre kienet kelmitni biex nghinuhom u mill-ewwel ghidt iva, anke bhala rikonoxximent tax-xoghol kbir li huma jwettqu f'pajjizna. Il-fetha quddiem il-knisja taghhom kienet mitluqa u permezz tat-Taqsima tax-Xoghlijiet biddilna dik il-fetha fi piazza helwa, fejn f'nofsha tpogga l-monument lil Mons.Formosa.

Lis-sorijiet tal-Orsolini nafhom l-aktar mill-hidma li dawn jaghmlu fid-dar li ghandhom gewwa Tas-Sliema. Tarhom jahdmu bla waqfien biex itellghu lit-tfal li gew fdati lilhom f'ambjent mimli mhabba. Izommu lil dawn it-tfal f'ghozza kbira. Ma tistax ma tammirhomx. Minghajr ebda nteress ta’ qliegh personali, jghinu lil dawk fil-bzonn. Uhud mis-sorijiet nafhom aktar mill-qrib ghax ilna hbieb minn meta konna tfal.

F’dawn iz-zminijiet taghna, meta f’hafna pajjizi qed jixghelu l-akkuzi kontra l-Knisja ghax xi whud mill-operaturi taghha, b’irresponsabbilta u htija kbira, abbuzaw minn dawk afdati fil-protezzjoni taghhom, naghmlu tajjeb niftakru fin-numru kbir ta' sacerdoti, religjuzi u lajci, li ddedikaw u impenjaw ruhhom fi hdan il-Knisja Kattolika, b’tant sagrificcju u tbatija ghal gid ta’ tfal.

Imma kif qal tajjeb Mons Joseph Bajada l-bierah, "Donnu li dak li jinteressa lid-dinja taghna llum huma biss in-nuqqasijiet u mhux il-kontribut kbir li l-maggoranza kbira tal-membri tal-Knisja matul is-sekli dejjem offrew lill-bnedmin ohra." U ghalhekk hemm htiega, forsi llum aktar minn qatt qabel, ta’ monument bhal dan. Xhieda hajja ta’ min hadem biex jghin lil kbar u liz-zghar li kienu fil-bzonn.

No comments: