Mar 24, 2010

Inbid ta' kwalita' certifikat

Din il-gimgha qed nippublikaw regolamenti sabiex l-ebda flixkun bi nbid DOK (Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata) jew IĠT (Indikazzjoni Ġeografika Tipika) tas-sena 2009 'l quddiem ma jista’ jitqiegħed fis-suq kemm-il darba ma jkollux strixxa jew kif jissejjah bl-ingliz banderole li jkunu jservu bħala certifikat li dak huwa veru inbid ta' kwalita'. Dan biex inserhu ras il-konsumatur li dak l-inbid ikun għadda l-proċess kollu tal-kontroll ta’ l-inbid u li jista jingħata ċ-ċertifikazzjoni jew ta’ DOK jew ta’ IĠT. Ma rridux li produttur tal-inbid ikollu gheneb biex per ezempju jiproduci 5,000 flixkun izda dan ihallat u jpoggi fuq is-suq 7,000 flixkun.

Illum f’Malta u Ghawdex ghandna 10 wineries li qed jippartecipaw f’dawn l-iskemi ta’ kwalita’ id-DOK u l-IGT. L-analizi tal-kampjuni ta’ l-inbid ta' kwalita' Malti qed isiru fl-Italja mill-Enoteca di Siena. Din l-Enoteca ilha mwaqqfa sa mill-1933. Huwa ta’ sodisfazzjon li mis-sena 2007 sal-lum gew iccertifikati 137 inbid DOK u 61 inbid IGT. B'dan il-pass ser nkomplu nsahhu l-fiducja li l-konsumatur Malti rabba fl-ahhar snin minn meta pajjizna ta spinta qawwija ghal produzzjoni ta’ inbid ta’ kwalità gholja. Din l-ispinta stajna naghtuha ghax fin-negozjati taghna qabel id-dhul ta' pajjizna fl-UE qsibna d-dritt li nassistu lis-settur b'madwar 18–il miljun ewro mifruxin sas-sena 2013.

F’Malta hawn madwar 950 ettaru ta' art ddedikata ghad-dwieli. Matul l-ahhar hames snin hu kkalkulat li thawwlu maz-zewg miljun dielja tal-gheneb. Barra din l-ghajnuna gew moghtija madwar €8.5 miljuni ohra fondi Ewropej bhala parti mill-Programm ghall-Izvilupp Rurali kemm lil bdiewa li jkabbru d-dwieli kif ukoll lil processuri. Ahna gharafna li Malta ghanda kundizzjonijiet favorevoli ghall-produzzjoni tal-inbid ta' kwalita' tant li b'differenza ta' hafna pajjizi ohra, f'Malta ma hemmx htiega li wiehed izid iz-zokkor biex jilhaq il-livell mehtieg ta' alkahol.

Kien ghalhekk li b'ghaqal sostnejna dan is-settur u ndirettament investejna fi hdura aktar fil-kampanja ta' pajjizna fix-xhur nexfin tas-sajf ta' pajjizna. Ghalhekk ftakar li meta tixtri inbid Malti tkun mhux biss qed issostni lil biedwi izda tkun qed anke tghin lill-ambjent f'pajjizna.

No comments: