Mar 11, 2010

Maghtab - simbolu ta' politika ghaqlija

Il-Bord tal-MEPA approva l-proġett ta’ riabilitazzjoni tal-miżbla l-magħluqa tal-Magħtab. Irrid infakkar li din hi l-istess miżbla li sa’ sitt snin ilu konna nitfgħu l-iskart kollu fiha, mingħajr ebda kontroll jew pjan.

Id-deċiżjoni tal-Bord tal-MEPA huwa pass fundamentali u konkrett ieħor fit-twettiq ta’ wegħda elettorali oħra, dik li nfejqu l-pjaga tal-Maghtab u nroddu dak l-ispazju lura bhala park lill-poplu. Sa’ sitt snin ilu konna nirreferu għall-Magħtab bħala s-simbolu tat-telqa ambjentali f’pajjiżna. Illum inghatajna l-ghodda biex inkomplu nibnu fuq dak li wettaqna matul l-ahhar 6 snin.

Fis-6 snin li għaddew, minn meta għalaqna din il-miżbla f’April tal-2004, ma qagħadniex idejna fuq saqna ! Hejjejna bini ta’ faċilitajiet alternattivi ta’ engineered landfills u caqlaqna eluf ta' tunellati ta' materjal fejn kien jidher car li hemm periklu ta' kollass. Forsi ftit nies jirrealizzaw li gewwa l-gholja tal-Maghtab ghad hemm nirien li jtellghu temperaturi ta' aktar minn 200 degree C. Biex nigbru u nitrattaw il-gassijiet hziena minn din il-mizbla nstallajna mal-400 bir tal-hadid u giet installata sistema li tahraq il-gassijiet f'temperaturi ta' madwar 900 degree C halli jinqerdu l-elementi tossici mill-arja. Biex ghamilna dan sa llum infaqna mad-€9 Miljun.

Imma issa li ghandna d-disinji approvati, anke wara kompetizzjoni internazzjonali li ghamilna, nistghu nkomplu nwettqu dan il-progett b'nefqa ta' madwar €22M ohra fondi mill-Unjoni Ewropea. B'hekk inkunu biddilna dik il-gerha f'simbolu ta' politika ambjentali ghaqlija ghal pajjizna. Il-Maghtab joffri taghlima lil pajjizna: jekk ma ninvestux ghall-immanigjar tal-ambjent, ghada jkollna prezz ferm akbar x'inhallsu. Il-holma tieghi hija li sa ftit snin ohra kull wiehed minna jkun jista jitla fuq l-gholja u minn hemm apparti li jgawdi l-veduti jkun jista jara tahtu ukoll l-impjanti moderni ta' trattament tal-iskart li hemm ippjanati. Dik il-holma rridu nwettquha !

1 comment:

Ian said...

Kien ikun ahjar kieku bnejtu korsa tal-golf. Il-pajjiz kien idahhal xi haga tal-flus lura minnha.