Minkejja l-konfuzzjoni kbira fl-imhuh li kien hemm, ir-rizultat tar-Referendum dwar id-divorzju hareg iktar car milli hafna stennew. Nerga’ nghid li minkejja l-konfuzzjoni kbira fl-imhuh, hafna fehmu li d-domanda li kellhom jirrispondu ma kienitx jekk id-divorzju kienx haga tajba jew hazina fih innifsu, imma jekk kienx mehtieg bhala rimedju ghal sitwazzjoni socjali fejn il-koabitazzjoni setghet issir iktar popolari miz-zwieg. Jidher illi hafna hasbu illi wasalna f’dan, ghalkemm jien ma kontx konvint li kien hekk.
Il-Knisja baqghet tinsisti li d-divorzju kien hazin fih innifsu, imma il-maggoranza qaltilha: “Le mhux fuq dan il-punt li qeghdin nivvutaw.” Ohrajn hadu l-okkazjoni biex jattakkaw il-Knisja minflok jidhlu fil-fond tal-kwistjoni vera li kellna inwiegbu ghaliha.
Ghallanqas hareg punt komuni wara r-referendum: hemm bzonn li nziedu l-inizjattivi u l-mizuri li jsahhu l-istabbilita’ tal-familja, li tibqa priorita’ ghas-socjeta’ maltija.
No comments:
Post a Comment