Apr 23, 2009

Azzjoni mhux paroli

Ban Ki-moon gie u telaq. Kellna jumejn celebrazzjoni ta’ dak li ghamel pajjizna 20 sena ilu meta l-Gvern ta’ Eddie Fenech Adami ppropona s-suggett tat-tibdil fil-klima biex tidhol fl-agenda tan-Nazzjonijiet Uniti. F’wiehed mid-diskorsi tieghu s-Segretarju Generali tan-N.U. fahhar il-foresight ta’ pajjizna fuq din it-tema.

Fil-verita’ mhux kulhadd 20 sena ilu kien favur din il-proposta, tant li wiehed mid-deputati tal-Opposizzjoni, Dennis Sammut, fil-Parlament kien ipprova jirredikola dik il-proposta. Sammut kien qal fis-7 ta’ Novembru 1988 fil-Parlament “Dan hu Gvern li qed jiprova jinheba anke wara inizjattivi vagi u ‘l boghod mir-realta’ politika tal-mument. Wahda minn dawn kienet il-proposta li Malta ghamlet fil-Gnus Maghquda f’dawn l-ahhar granet dwar il-klima”.

20 sena wara l-Opposizzjoni qed tirrikonoxxi li dak kien pass tajjeb. Imma issa mhux bizzejjed inharsu lura, jehtieg inwettqu dak li ghandna nwettqu halli nilhqu mal-obbligi li ghandna bhala pajjiz halli nnaqqsu l-effett tat-Tibdil fil-Klima. Hija ironika kif il-Kap tal-Opposizzjoni fil-Parliament quddiem Ban Ki moon jghid li approvajniex mozzjoni tal-Opposizzjoni fuq it-Tibdil fil-Klima. Ovvjament Joe Muscat ma qalx li kienet bicca mozzjoni ta’ 153 kelma wara li damu gimghat shah jipruvaw jaghtu l-impressjoni li kienu se jressqu quddiemna abbozz ta’ ligi fuq it-Tibdil fil-Klima ! Ligi fuq xhiex ? L-ewwel hemm bzonn strategija serja. Mhux ahjar naqblu fuq l-azzjoni mehtiega l-ewwel ?

Hija aktar ironika li hekk kif inhabbru progett biex jghina nilhqu l-mira ta’ 10% energija minn sorsi nodfa, bhala dak tal-incineratur halli niehdu energija minn 20% tal-iskart taghna, mill-ewwel l-Opposizzjoni tarma tispara fuq il-proposta minghajr ma toffri alternattivi. Hemm bzonn livell ta’ maturita’ aktar gholja mill-Opposizzjoni halli tifhem li ma nistghux nibqghu nparlaw biss fuq it-Tibdil fil-Klima imma hemm bzonn li nagixxu bil-fatti u b’azzjoni konkreta. Ban Ki moon fid-diskors tieghu rreferi ukoll ghall-isforzi taghna biex niggeneraw energija nadifa mir-rih. Ghandu ragun is-Segretarju Generali tan-N.U. jghid “We need to take action now”. Tghid l-Opposizzjoni se tkompli topponi imbaghad taghtina ragun 20 sena ohra ?!

1 comment:

Unknown said...

Niringrazzja lil Ministru ghal xoghol siewi li qed jaghmel fil-kamp tal-bidla fil-klima. Nemmen pero illi Malta l-pajjiz li grazzi ghal ghaqal ta tmexxija li kellhu kwasi dejjem f'dawn l-ahhar 20 sena u fuqhom pogga l-bidla fil-klima bhala parti mil-agenda tal-UN hemm bzonn li tagixxi u tahdem fuq din l-problema aktar velocement u b'determinazzjoni. Nemmen li r-rapport dwar l-bidla fil-klima ghandu jkun mplimentat malajr kemm jista jkun u bil-mod l-iktar efficaci possibli.
Nemmen ukoll fl-ahharnett li l-gvern malti andu jkun fuq quddiem fl-ewropa biex jmexxi d-diskussjonijiet fi hdan l-UE u fi hdan NU biex f'Dicembru li gej jkollna ftheim mondjali f'copenhagen li vera jkun ndirizatt biex jattakka b'serjeta din il-problema