Dec 13, 2007

Arja aktar nadifa b'inceneratur modern.

Il-bierah filghaxija ftahna l-inceneratur l-gdid gewwa l-Marsa. Facilita li giet tiswa madwar 13-il miljun Euro, li minnhom 11-il miljun Euro gew minghand il-Gvern Taljan. Din il-facilita se tieħu l-iskart tal-biċċerija u l-iskart kliniku mill-isptarijiet taghna u l-iskart specjali tal-industrija bhal dak li jigi mill-fabriki tal-farmacewtika f'pajjizna.

B'hekk issa huwa possibli li jinghalaq l-inceneratur tal-isptar San Luqa u dak tal-isptar t'Ghawdex. Miċ-ċumnija tiegħu mhux se joħorġu sustanzi tossiċi għax il-materjal se jkun trattat b’tali mod li ma jkunx hemm ħsara ambjentali ghax l-emissjonijiet ma jaqbzux il-livelli stabbiliti fid-direttivi tal-UE. Il-livelli tal-emissjonijiet se jkunu available on-line in real time.

Originarjament dan l-impjant kien mahsub biex jiehu biss l-iskart tal-biccerija, izda kumitat tekniku kien issuggerixxa modifikazzjonijiet li ghamlu possibli li jigi accettat skart iehor. B'hekk mhux biss ma hemmx htiega li jsir inċeneratur iehor fl-Isptar Mater Dei, u gew iffrankati mal-Lm3.2 Miljuni spiza kapitali izda tnaqset ukoll l-ispiża rikkorrenti tnaqqset tant li l-Gvern kull sena se jiffranka miljun lira u nofs.

Kuntrarjament ghal biza li ppruvat tizra l-Opposizzjoni, mhu se jkun hemm l-ebda kontaminazzjoni ghal-laham li jinhadem fil-biccerija. Id-daħla ta’ dan l-impjant m’għanda x’taqsam xejn ma’ dik tal-biċċerija.

No comments: